Il-kaċċa fir-rebbiegħa: referendum ieħor?

 

F’konferenza tal-aħbarijiet illum il-Birdlife qalet li qed tikkunsidra jekk għandhiex tibda t-triq biex jissejjaħ referendum abrogattiv ieħor dwar il-kaċċa.

Il-Birdlife hi motivata mill-attitudni tal-Gvern li jfittex kontinwament li jikkuntenta lill-kaċċaturi. F’dawn iċ-ċirkustanzi, tgħid il-Birdlife, m’għandiex triq oħra. Għax la ma tistax tasal bir-raġuni mal-Gvern, tipprova tasal bil-vot permezz ta’ referendum.

Ir-referendum tal-2015 dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa ntilef bi ftit: tikka iktar minn 2000 vot. Il-Birdlife taħseb li r-riżultat din id-darba jkun differenti minħabba li l-ebda wieħed mill-mexxejja politiċi m’hu qed jirrappresenta l-interessi tal-ambjent.

L-analiżi biex ikun ġustifikat referendum abrogattiv ieħor dwar il-kaċċa (fir-rebbiegħa) trid tibda minn analiżi profonda tar-referendum tal-2015. Trid tkun analiżi li twassal biex wieħed jifhem sewwasew x’ġara.

Jiena naqbel li l-kaċċa fir-rebbiegħa tieqaf illum qabel għada imma għadni mhux konvint li d-diffikultajiet li wasslu għat-telfien tar-referendum abrogattiv tal-2015 għad jistgħu jingħelbu f’dan il-mument. Il-ħidma li trid issir hi kbira ħafna.

Huwa tajjeb li l-Birdlife iżżomm l-arma ta’ referendum abrogattiv bħala oġġettiv għax fl-aħħar mill-aħħar, probabbilment li din hi l-unika triq prattika. Imma l-ostakli mhumiex żgħar u biex naslu mhux faċli daqskemm wieħed jista’ jaħseb.

L-esperjenza tgħallimna kontinwament li filwaqt li l-opposizzjoni għall-kaċċa hi kbira, meta niġu għall-vot ikun hemm kwantitá ta’ persuni li joqgħodu lura u dan għal elf raġuni. Hekk ġara fl-2015 u wisq nibża’ li s-sitwazzjoni għadha sostanzjalment l-istess.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s