Mela issa l-PN tilef lil Charlot Cassar ukoll. Fost il-merti tiegħu kellu l-ħidma biex jissensibilizza l-PN għal materji ambjentali u dan permezz tal-opposizzjoni għall-proġett taż-Żonqor.
Mhux l-ewwel wieħed li telaq, u probabbilment l-anqas m’hu ser ikun ta’ l-aħħar.
Bħalma ġara f’kull każ ieħor ta’ riżenja l-PN flok ma ipprova jindirizza r-raġunijiet għar-riżenja ta’ Charlot Cassar reġa’ għaddas rasu fir-ramel.
Il-kummenti li smajna dwar kemm Charlot m’huwiex team-player u xi kummenti oħra li ma rridx nirrepeti turi r-redikolaġni li fiha sab ruħu l-PN.
Mhux ser noqgħod ninseġ ħafna eloġji għal Charlot. Ngħid biss li kien persuna raġjonevoli li fittex it-triq tad-djalogu u sabha fl-attiviżmu ambjentali tiegħu fejn iltaqa’ u ħadem ma persuni ta’ kull lewn politiku. Li l-PN mhux kapaċi japprezza dan ifisser ħafna.
Jiena mhux ser nawgura iktar minn dawn lill-PN. Għax jekk ser jibqa’ sejjer hekk naħseb li l-Kabinett Nazzjonalista li jmiss għad irid jitwieled.
Charlot Cassar ragel ta principji sodi. Bhal Briguglio fl-istess ritratt. U bhalek Carmel. Sfortunatament m’ghandniex hafna minnkom fil-politika. Ghalhekk inweggghu meta narawkom tilletikaw. Ejja nirrispettaw lil xulxin ghax ghandna l-istess principji, anke jekk ma naqblux fuq kif ghandna nimbuttawhom il-quddiem.