Il-pompa tal-akkwarju tal-Ajruport

 

Nafu li l-egħluq temporanju tal-ajruport iktar kmieni din il-ġimgħa seħħ minħabba nirien li żviluppaw ħtija tal-pompa tal-akkwarju fit-terminal tal-arrivals tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Inċident sfortunat, probabbilment, imma ma jagħtix messaġġ tajjeb tas-serjetà meħtieġa. Għax ngħiduha kif inhi, mhux tajjeb li l-ajruport ikun magħluq għal dawn ir-raġunijiet.

L-istess kien ġara xi żmien ilu meta bħala riżultat ta’ ħsarat fil-power station kien mar l-elettriku: imma l-generators standby ma kienux ħadmu. Dakinnhar ukoll kien għalaq l-ajruport. Imma ħadd ma qalilna xejn iktar!

Dawn l-affarijiet huwa importanti li jkunu indirizzati bis-serjetà. Daqs il-€100 miljun tal-Masterplan. Għax x’jiswa li tkabbar jekk fl-istess ħin tagħti messaġġi ċari ta’ nuqqas ta’ serjetà.

Basta bil-pompa u t-tejatrin.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s