Abbuż ta’ tfal fl-istituzzjonijiet fl-Awstralja

Fl-Awstralja għandha kif ġiet konkluża inkjesta dwar l-abbuż sesswali ta’ tfal fl-istituzzjonijiet. L-inkjesta damet għaddejja ħames snin u r-rapport li ġie ippubblikat f’dawn il-ġranet fih 17-il volum li ma jispiċċaw qatt. Ir-rapport jittratta “institutional responses into child sexual abuse“. Dan apparti diversi dokumenti oħra, prinċipalment ta’ natura konsultattiva li ġew ippubblikati matul il-ħames snin li ilha għaddejja l-inkjesta.

Ir-rapport fih 189 rakkomandazzjoni kif ukoll kritika qawwija lill-Knisja Kattolika fl-Awstralja.

Ir-rapport fih referenzi ukoll għal Malta u ċjoe għat-tfal li kienu mibgħuta bħala emigranti (sfurzati) prinċipalment fis-snin ħamsin. Dwar dawn, is-Senat Awstraljan fis-sena 2001 kien diġa ikkonkluda rapport intitolat Lost Innocents: Righting the Record. Report on Child Migration. liema rapport kien fih 33 rakkomadazzjoni oħra.

Kważi 7 snin ilu, fil-Parlament Malti, Lawrence Gonzi u Joseph Muscat kienu għamlu apoloġija lil dawn it-tfal Maltin għat-tbatija li sofrew. Kien hemm 315 tfal li uħud spiċċaw jagħmlu xogħol sfurzat u li hemm minnhom li sofrew abbuż kemm fiżiku kif ukoll sesswali.

Xi snin qabel il-Gvern kien kixef monument dedikat lil dawn it-tfal ix-Xatt ta’ Pinto, il-Valletta Waterfront.

Id-dibattitu dwar l-aħħar rapport Awstraljan ser ikun wieħed qawwi għax fost affarijiet oħra jattakka kemm iċ-ċelibat kif ukoll is-sigriet tal-qrar. Materji ta’ sensittivita kbira fil-Knisja Kattolika.

Huwa dibattitu li jista’ jaqbad xi ftit f’pajjiżna ukoll kemm minħabba l-kaz għad-danni li għadu pendenti quddiem il-Qrati Maltin in konnessjoni ma każ ta’ abbuż ta’ tfal minn żewġ membri tal-kleru, kif ukoll minħabba xi każijiet oħra li jistgħu jerġgħu joħorġu għad-dawl.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s