Sven Giegold tkellem dwar il-preokkupazzjoni tagħna lkoll

Il-Membru Parlamentari Ewropew Sven Giegold, mill-Grupp tal-Ħodor, Ġermaniż,  ġie Malta ippreokkupat dwar is-saltna tad-dritt f’Malta. B’dak li sema’ kemm dam hawn spiċċa ippreokkupa ruħu ferm iktar.

Fuq il-blog tiegħu stess, fil-fatt jgħid hekk: 

“The delegation of the Parliament came seriously concerned over the rule of law in Malta and left even more worried. We learnt a great deal, gathered important evidence and were promised even more.

The police and the attorney general have demonstrated an unwillingness to investigate and failure to prosecute corruption and money laundering.”

X’qalulhom mela, biex tawhom din l-impressjoni ħażina.

Sven Giegold ikompli jgħid :

“Publically available information and even reports by Malta’s anti-money laundering body FIAU have repeatedly not triggered investigations. Individuals and financial institutions involved were not searched, evidence not gathered. This protected high government officials such as prime minister’s chief of staff Keith Schembri and minister Konrad Mizzi from prosecution as well as financial instiutions such as Pilatus Bank and Nexia BT.”

Bħalna lkoll Sven Giegold ifforma l-opinjoni li r-rapporti tal-FIAU ġew injorati. Jidher li wasal għall- konklużjoni li ma saret l-ebda investigazzjoni dwar il-kontenut ta’ dawn ir-rapporti. Għax kieku saret investigazzjoni u din waslet għall-konklużjoni li ma kien hemm xejn minn dak li jintqal fir-rapporti, nimmaġina li l-Kummissarju tal-Pulizija kien jgħidlhom lid-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew li “investiga u ma sab xejn”.

Imma ma jidhirx li intqal dan il-kliem għax il-konklużjoni ta’ Giegold, liema konklużjoni taqbel magħha Ana Gomes is-Soċjalista Portugiża li qed tmexxi d-delegazzjoni, hi ċara daqs il-kristall :

“Publically available information and even reports by Malta’s anti-money laundering body FIAU have repeatedly not triggered investigations.”

Din hi l-preokkupazzjoni tagħna lkoll: li l-istituzzjonijiet qegħdin hemm għalxejn.

One comment on “Sven Giegold tkellem dwar il-preokkupazzjoni tagħna lkoll

  1. Ahjar jitkellem dwar il problemi li hemm go pajjizu Giegold,kif ghidtlu guq massanger.Merkel ghandha hafna aktar problemi milli ghandha Malta,Imsomma,forsi biex jikkonsla,

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s