Fil-Malta Today il-bieraħ, f’artiklu intitolat : From Briguglio to Engerer, the battlescars of political enmity are on parade, Matthew Vella jargumenta li qed ngħixu f’soċjeta marida li tilfet kull sens ta’ proporzjon.
Mhux kulħadd xorta. Hemm min jieħu għalih malajr imma hemm ukoll min għandu ġilda ħoxna u kważi xejn ma jdejqu. Ta’ l-inqas kapaċi ma jurix, forsi biex ma jpaxxix lil min ikun qed jipprova jinsulentah, inkella għax ma jħobbx it-tejatrin.
Hi ħaġa naturali li tiddejjaq jekk ikun hemm min juża kliem insolenti fil-konfront tiegħek. Imma forsi fl-aħħar minn l-aħħar, l-aħjar rimedju hi l-kalma u li ħadd ma jkabbar l-affarijiet. It-tensjoni tinħass u mhux għaqli li nkomplu nżidu magħha b’reazzjonijiet sproporzjonati.
Wara kollox mhux faċli li tiżloq f’besqa.