Iktar kmieni illum flimkien ma uffiċjali oħra ta’ Alternattiva Demokratika iltqajt ma’ Adrian Delia l-Kap tal-PN. Iddiskutejna l-qagħda politika attwali u l-veduti taż-żewġ partiti dwar dak liqiegħed iseħħ bħalissa.
Il-klima politika li qed tiżviluppa fil-pajjiż qed twassal għal ħsara rreparabbli għar-reputazzjoni internazzjonali tal-pajjiż u iktar minn hekk qed ikunu imminati l-istituzzjonijiet tal-pajjiż li diġa huma dgħajfa. Dan ifisser li issa, iktar minn qatt qabel, hu meħtieġ li l-partiti politiċi f’Malta jaħdmu flimkien biex insibu soluzzjonijiet li jkunu effettivi kemm immedjatament kif ukoll fit-tul.
Din kien l-ewwel laqgħa. Il-ġimgħa d-dieħla ser niltaqgħu ma’ Joseph Muscat u l-Partit Laburista.
Nittama li din l-inizjattiva żgħira ta’ Alternattiva Demokratika tkun ta’ kontribut biex iġġib lill-partiti politiċi flimkien madwar il-medja, fejn jistgħu jinstabu s-soluzzjonijiet meħtieġa fl-interess tal-pajjiż.