Għadni kif smajt id-diskors fil-Parlament ta’ Adrian Delia. Kien kompletament jistona fiċ-ċirkustanzi tal-lum, il-qtil b’bomba ta’ Daphne Caruana Galizia.
Daphne ma kixfitx biss kif membri tal-Gvern kellhom x’jaqsmu mal-iskandlu tal-Panama imma kixfet ukoll l-iskandlu tal-bridel u kif dan kellu x’jaqsam mal-uffiċċju legali ta’ Adrian Delia innifsu! U bosta affarijiet oħra.
Imma l-ikbar waħda hi li issa aħna iffurtunati għax għandna lil Adrian Delia li ser jiddefendi l-istituzzjonijiet. Ħasra li ma kienx hawn qabel. Għax l-istituzzjonijiet ilhom jitmermru ħafna iktar minn ħames snin.
Kieku ħares ħarsa madwaru kien jara uħud minn dawk responsabbli.