Delia “jirranġa”

 

Tħabbar li fil-laqgħa bejn Joseph Muscat u Adrian Delia dawn laħqu ftehim u irranġaw biex ma jkunx hemm bżonn ta’ elezzjoni għall-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. It-Times fil-fatt issejħilha “backroom deal”.

Iktar kmieni kien tħabbar li Robert Arrigo kien ġie mitlub biex ma jikkontestax l-elezzjoni għall-Viċi Kap tal-PN, biex jagħmel il-wisa’ lil ħaddieħor. Imma ma Robert Arrigo ma irranġawx.

Għalkemm dak li jkun jista’ jaħseb li ma hemm xejn ħażin billi wieħed jasal f’arranġament ta’ dan it-tip jiena naħseb li dan hu atteġġjament perikoluż fil-politika.

Bil-mod l-intriċċi tan-negozju li b’xi mod tirranġa mal-kompetitur tiegħek jidher li ser jagħmlu l-wisa’ għall-proċess demokratiku.

U ġaladarba dan jibda, ma tistax tkun taf fejn jispiċċa.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s