Mela James Debono permezz ta’ artiklu ippubblikat illum fuq il-Malta Today żdied mal-lista ta’ dawk li qed jippruvaw joħorġu xi messaġġ politiku mis-suf t’għajnejja. Bħal dawk li jaqraw ix-xorti mill-weraq tat-te!
L-artiklu, avolja f’diversi aspetti hu inkorrett ma jdejjaqnix. Imma tajjeb li nwieġeb ftit.
James jargumenta li jiena u Arnold Cassola m’aħniex kapaċi nagħmlu kompromessi politiċi għax ma ftehmniex mal-PN bħalma għamel sieħbu, li waqt l-aħħar kampanja elettorali ipprova jaqdi l-funzjoni ta’ poster boy tal-PN.
Il-verità hi li l-PN mhux kompromessi ried imma sottomissjoni. Blank cheque. Ried jagħmel li jrid imma fl-istess ħin ried jgħodd il-voti flimkien għax kien mingħalih illi kien viċin u ħaseb li l-aritmetika setgħet tagħmel differenza.
Wara li dam tlett xhur itella’ u jniżżel jekk jiddiskutix magħna l-PN iddeċieda li jiddiskuti magħna ftit siegħat wara li kien ftiehem ma Marlene Farrugia.
Fi ftit kliem il-PN ried biss jimponi: jew fuq il-lista tiegħu jew xejn.
Stajna kieku ridna lagħbna id-double game bħal Marlene: taparsi niftehmu u nagħmlu ta’ rasna. Imma minnflok għażilna triq ċara u dritta.
Sal-lum jiena għadni konvint li f’AD għamilna l-għażla tajba, li bħal dejjem hi l-għażla d-diffiċli.
Greens The New Reds.
Proset.
Twegiba fattwali, dritta minghajr kantunieri.
Il-politika tax-xellug hekk ghandha bzonn.
M’hemmx kompromess fuq principji fundamentali.
Fil-Germanja issa li tilfu eluf kbar ta’ voti ghara x’decizjoni ghaqlija ‘ttiehdet min Schultz leader tal-partit laburista (socjalisti demokratici) fil-Germanja. M’hemmx gvern bi shab man-Nazzjonalisti Pro-Business ta’ Merkel. Oppozizzjoni ghazel. Schultz gharaf tajjeb hafna li bil-Pro-Business policy tar-rghejba tal-partit tieghu, li bdiet fi’ zmien il-mexxej ta’ qablu, Schroeder – il-partit tilef is-sahha mal-haddiema. Min mar min fuq?
GHalhekk zdiedu il-voti ghal Partit tal-Hodor.