Aċċettajt li immexxi lill-Alternattiva Demokratika issa, f’dan il-mument kritiku. Mhux l-ewwel darba li ġejt nominat. Drabi oħra f’dawn l-aħħar disa’ snin ma aċċettajtx it-tmexxija li kienet offruta lili u minflok għażilt li nagħti sehmi taħt it-tmexxija ta’ ħaddieħor. Fil-fatt huma żbaljati dawk li l-bieraħ irrappurtaw li fil-passat jiena diġa kont Chairman ta’ AD. Fil-fatt ma kontx.
Il-bieraħ indirizzajt il-Laqgħa Ġenerali l-ewwel darba bħala Chairman. Fid-diskors tiegħi emfasizzajt li Alternattiva Demokratika trid torganizza ruħha aħjar. Idealment AD għandha tkun preżenti f’kull lokalità f’Malta u Għawdex. Mhux faċli, imma ċertament li dan hu possibli. Biex ikollna riżultati elettorali aħjar jeħtieġu li norganizzaw ruħna aħjar.
Biex dan ikun jista’ jseħħ hemm bżonn ta’ involviment ikbar da parti tal-membri ta’ Alternattiva Demokratika fil-ħidma ta’ kuljum tal-partit. Ħidma li nistgħu nippjanawha flimkien u nikkoordinawha aħjar.
Każini m’għandniex u l-anqas ma qiegħed nippjana li jkollna.
Waħda mill-ideat interessanti li qed nikkunsidraw hi dwar jekk ikunx għaqli li niftħu xi uffiċini reġjonali: tnejn jew tlieta. Dawn jistgħu jkunu l-bażi tal-ħidma tagħna mifruxa fil-pajjiż. Imma biex dan ikun jista’ jseħħ neħtieġu ħafna iktar riżorsi.
Din hi l-isfida tagħna għal dawn il-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.
Nifrahlek Karm.
Awguri karm