It-theddid ta’ Konrad Mizzi (f’isem il-Gvern) li jekk il-Unions fl-Air Malta ma jbaxxux rashom għal dak li qed jgħid il-Gvern ma jkollux triq oħra għajr li jagħlaq il-kumpanija u jerġa’ jiftagħha b’impjegati ġodda hi l-agħar forma ta’ arroganza ta’ Ministru.
U meta theddida bħal din tkun ġejja minn Ministru Laburista li l-partit tiegħu repetutament wiegħed li mhux ser jagħlaq l-Air Malta din mhux biss hi theddida imma fuq kollox hi manifestazzjoni ta’ iprokrezija grassa.
Mhux qed ngħid li ma hemmx bżonn tibdil fil-prattiċi industrijali fl-Air Malta. Probabbilment hemm ukoll element ta’ intransigenza li żviluppa fil-proċess tan-negozjati. Imma ikun tajjeb li Konrad Mizzi jifhem li l-proċess tan-negozjati hu “give and take”. Li tinnegozja jfisser li tifhem u tfiehem u wara li tagħmel dan tipprova issib soluzzjoni ġusta għaż-żewġ naħat.
Fl-aħħar għalhekk hemm l-arbitraġġ: biex jekk il-proċess tan-negozjati ma jwassalx, il-partijiet jippruvaw jaslu bl-involviment ta’ persuni indipendenti.
Imma kif nafu lkoll, aħjar soluzzjoni miftehma minn waħda imposta.
Nawgura lil Konrad li jiġi f’sensieh. Fl-interess ta’ kulħadd.
Arroganti hu dak li jahseb jaf kollox u kief jahsbuha certi elementi fil kumpannija. Kemm il piloti w il glorified waiters ghandhom agenda ghalihom u jiegu jaqaw u iqumu min impjegati ohra.
Hemm bzonn ta’ iktar sens ta’ moderazzjoni minghand kulhadd. Inkella jbati kulhadd.