It-triq tan-niżla tal-PN

 

Tisma’ jew taqra l-kummenti konnessi mal-kampanja għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN bil-fors titħawwad u tistaqsi lilek innifsek: x’inhu jiġri? Min ħataf il-PN?

L-akkużi u l-insulti li għaddejjin min-naħa għall-oħra huma tal-mistħija u ma jixirqux mhux biss lil min qed ilissinhom imma l-anqas lill-partit innifsu li bla dubju jixraqlu ferm aħjar.

Imma t-triq tan-niżla ilha li bdiet, ħafna qabel it-tmexxija ta’ Simon Busuttil. Is-sinjali kienu hemm imma ħadd ma ried jagħti kaz tagħhom. L-arroganza kont tmissha b’idejk.

Issa l-PN wasal fl-istat li qiegħed illum. Ikun x’ikun ir-riżultat, kemm jekk jitla’ Chris Said kif ukoll jekk jitla’ Adrian Delia, l-PN irid jiffaċċja taħwid u diżillużjoni għal żmien konsiderevoli.

One comment on “It-triq tan-niżla tal-PN

  1. Ma naqbilx mieghek li il-PN jixraqlu ahjar. Il-PN qieghed jahsad dak li zergha matul l-ahhar 30 sena jew iktar; ma haqqhomx ahjar. Niftakar kemm tkesshu meta kienu fil-glorja tal-poter. Tkesshu kif illum qed jitkesshu id-Deputati u l-partitarji tal-Partit Laburista.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s