Tisma’ jew taqra l-kummenti konnessi mal-kampanja għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN bil-fors titħawwad u tistaqsi lilek innifsek: x’inhu jiġri? Min ħataf il-PN?
L-akkużi u l-insulti li għaddejjin min-naħa għall-oħra huma tal-mistħija u ma jixirqux mhux biss lil min qed ilissinhom imma l-anqas lill-partit innifsu li bla dubju jixraqlu ferm aħjar.
Imma t-triq tan-niżla ilha li bdiet, ħafna qabel it-tmexxija ta’ Simon Busuttil. Is-sinjali kienu hemm imma ħadd ma ried jagħti kaz tagħhom. L-arroganza kont tmissha b’idejk.
Issa l-PN wasal fl-istat li qiegħed illum. Ikun x’ikun ir-riżultat, kemm jekk jitla’ Chris Said kif ukoll jekk jitla’ Adrian Delia, l-PN irid jiffaċċja taħwid u diżillużjoni għal żmien konsiderevoli.