Image

AD tilqa’ b’sodisfazzjon il-konsultazzjoni dwar il-bidla tal-karozzi petrol u diesel għal dawk elettriċi

 

Alternattiva Demokratika tilqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar tal-Prim Ministru li se jniedi konsultazzjoni dwar il-bidla minn vetturi li jużaw il-petrol u d-diesel – fabbrika tal-kanċer fil-qalba ta’ kull belt u raħal – għal vetturi elettriċi.

Il-kelliem ta’ AD Ralph Cassar qal:”Din il-bidla hija waħda mill-proposti konkreti li għamlet Alternattiva Demokratika fid-dokument tagħha Zero Carbon Malta 2050. Il-perjodu ta’ tranzizzjoni biex il-karozzi kollha ikunu elettriċi jiddependi minn ħafna fatturi fosthom kemm jeħtieġ żmien biex tinbidel l-infrastruttura li s’issa taqdi biss vetturi petrol u diesel għal infrastruttura li tinkludi skemi ta’ bdil, iċċarġjar u riċiklaġġ ta’ batteriji, kif ukoll perjodu biex karozzi eżistenti jinbidlu fi żmen raġjonevoli. Fuq medda qasira l-Gvern għandu jara li l-vetturi kollha tiegħu, dawk ta’ kumpaniji tal-kiri tal-karozzi u taxis jinbidlu għal dawk elettriċi. L-elettrifikazjoni tat-trasport pubbliku wkoll għandha tiġi ppjanata minnufih. Li huwa importanti li jkun hemm pjan b’miri ċari u tondi u li l-miri jinżammu.”

“Nemmnu li ma din l-inizjattiva importanti għandhom jittieħdu oħrajn b’mod immedjat biex tonqos il-konġestjoni fosthom li fi żmien qasir isiru sistemi nazzjonali ta’ passaġġi sura ta’ nies għar-roti u roti elettriċi tul il-bypasses kollha. Qed insejjħu biex ikun hemm inċentivi biex in-nies jitħajru jużaw ir-roti u roti elettriċi għall-commuting. Ma tagħmilx sens li jkun hemm ostakli bħal bżonn ta’ reġistrazzjoni ta’ roti elettriċi – l-użu tagħhom għandu jkun faċilitat u mhux imxekkel. Anzi għandu jkun hemm skemi li itaffu l-ispiża ta’ min jiddeċiedi li jixtri roti elettriċi. L-investiment f’infrastruttura għar-roti u roti elettriċi u inċentivi fiskali biex jingħataw spinta jqum ħafna inqas minn infieq f’flyovers u mini. Dawn il-proġetti u inċentivi jistgħu jsiru relattivament malajr. Skont figuri minn Londra l-introduzzjoni ta’ ‘bicycle superhighways’ żied l-użu tar-roti b’60%. Figuri oħra juru tnaqqis ta’ 35% fil-ħin tal-vjaġġ tal-vetturi meta tul toroq prinċipali ġew introdotti lanes separati u siguri għar-roti. Għal kull persuna li tuża r-rota ikollok anqas traffiku u anqas tniġġis fi żmien qasir.”

“L-elettrifikazzjoni tat-trasport għandha tkun marbuta wkoll ma’ investiment serju f’sorsi rinnovabbli tal-enerġija, mix-xemx, sal-mewġ, ir-riħ u sorsi oħra bħal gass naturali mill-irżieżet u d-drenaġġ. Il-mira ta’ 10% sas-sena 2020 hija ftit wisq. Malta għal darba għandha l-opportunita’ li tkun minn ta’ quddiem fil-bidla lejn ekonomija zero karbonju – ekonomija sostenibbli b’tipi ta’ xogħol f’livelli differenti għal kulħadd, u b’kwalita’ ta’ ħajja aħjar għalina lkoll.”

(din hi stqarrija għall is-stampa ta’ Alternattiva Demokratika)

 

 

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s