Simon Busuttil, ma jitgħallem qatt

 

 

Simon Busuttil qed jgħid li mhuwiex sewwa li l-Imħallef Antonio Mizzi jisma l-appell ta Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi minn digriet tal Maġistrat Ian Farrugia biex rapport dwar allegazzjoni ta ħasil ta flus ikun investigat.

L-Imħallef Mizzi hu miżżewweġ lill-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Marlene Mizzi, jgħidilna Busuttil u għaldaqstant għandu jastjeni milli jisma l-appell.

It-tweġiba lil Simon Busuttil tista tinstab fsentenza tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (sede kostituzzjonali) li tat l-Imħallef Lorraine Schembri Orland nhar l-4 ta Lulju 2017.

Dakinnhar l-Imħallef Schembri Orland kienet qed tisma rikors dwar kaz simili : l-ex-kandidata Laburista il-Maġistrat Joanne Vella-Cuschieri kellha tastjeni milli tisma libel li l-kandidat Nazzjonalista u Sindku tar-Rabat Għawdex għamel kontra l-ex-Ministru Laburista Anton Refalo?

Fsentenza ta 43 paġna l-Inħallef Schembri Orland kienet ċaħdet it-talba għax, kif tispjega fis-sentenza, billi Vella Cuschieri kienet attiva fil-politika qabel ma saret maġistrat ma jfissirx li mhiex persuna ta integritá jew li mhiex imparzjali.

Mhux ser noqgħod nikkwota minn sentenza li hi mimlija espressjonjiet legali li forsi ftit jinteressaw lill-qarrejja. Imma biżżejjed wieħed jgħid li l-Qrati huma mimlijin persuni fil-karigi ta Imħallfin u Maġistrati li fxi żmien jew ieħor kienu attivi fil-politika, jew huma inkella qarib viċin tagħhom. Anke Schembri Orland innifisha kienet kandidat għall-PN fl-elezzjoni tal-1987 imma ħadd ma ddubita mill-integritá u l-imparzjalitá tagħha, tant li kienet hi li tat waħda mis-sentenzi dwar iżżewġ siġġijiet tal-PN fl-elezzjoni tal-2013.

Fi ftit kliem kull ġudikant hu presunt li hu (jew hi) ta integritá u għandu jingħata l-opportunitá li jaħdem bis-serenitá kollha.   Niġġudikaw fuq dak li fil-fatt isir u mhux fuq dak li nibżgħu li jista jsir.

Advertisements

4 comments on “Simon Busuttil, ma jitgħallem qatt

  1. Iktar ma jghaddi z-zmien iktar qed inhossni nitbieghed mill-AD. Iffissati biex tkunu kontra l-PN minflok iffissati kontra dak li hu hazin. Jekk thares lejn it-tag cloud fil-blog tieghek stess ghandek prova ta dan. Iva nhoss li ex kandidat ta partit ghandu konflitt ta nteress biex jinvestiga l-istess partit. Dan jghodd kemm ghal naha u kemm ghal naha ohra. U jekk vera ghandkom ghal qalbkom il-pajjiz ghandkom tkunu intom stess li taghmlu dak li qed jaghmel wahdu Simon Busuttil. Li ssir gustizzja fuq il-Panama papers huwa hafna iktar importanti mit-tentufiet li qed taqbdu fuqhom.

    • Jekk taqra s-sentenza tal-Imhallef Lorraine Schembri Orland tal-4 ta’ Lulju 2017 issib li ma hemm l-ebda konflitt l-inqas kieku l-Imhallef innifsu kien kandidat fil-passat. Ahseb u ara dwar il-mara tieghu.

      Meta hemm bzonn inkun kritiku tal-istituzzjonijiet mhux ser noqghod lura. Imma mhux fl-interess tal-pajjiz li noqghodu ndahhlu dubji bla bzonn dwar l-istituzzjonijiet. Lill-Imhallef Antonio Mizzi niggudkawh a bazi ta’ dak li jaghmel hu, mhux tal-posizzjonijiet politici tal-mara tieghu. Hemm bzonn ftit iktar serjeta fid-dibattitu politiku.

      L-Imhallef Mizzi ilu fuq il-bank tal-gudikatura snin twal u qatt (safejn naf jien) ma kien hemm l-icken dell fuq l-integrita tieghu. Ghandu jithalla jaghmel xogholu b’serenita’.

      • Mhix kwistjoni li ma nemminx li l-Imhallef Mizzi huwa integru. Imma xorta l-etika hekk titlob. Jien ghalliem u meta darba inzerta kien hemm kugin fil-klassi tieghi jien stess tlabt li jkun fi klassi differenti ghax mhux sew li nikkoregilu l-karta tal-ezami jien. Ma jfissirx li ma nemminx fl-integrita tieghi innifsi.

        Issa jien dan qed nghidu f’kuntest. Diga rajna l-inkjesta fazulla fuq il-kaz tad-drogi t’Ghawdex. Diga rajna li l-kummissarju ammiratur tal-b*** tal-Prim jirrifjuta kwalunkwe azzjoni fuq il-gang tal-Panama. Rajna wkoll li hemm l-involviment tar-ragel ta ministru fit-tmexxija tal-pulizija, fl-FIAU, u fl-inkjesta tal-magistrat Bugeja.

        Jien dan nies li semmejt ma nafhomx u mhux ha niggudika l-integrita taghhom. Imma zgur li hemm bzonn li n-nies ta rieda tajba jkunu assigurati li kwalunkwe inkjesta ssir minn nies li m’ghandhom fuqhom l-ebda dell ta kunflitt ta interess.

      • Nifhem il-genwinita tas-sentimenti li qed tesprimi, pero nahseb li l-kaz hu ftit differenti mill-ezempji li qed issemmi. L-Imhallef Mizzi qatt ma kien involut fil-politika. Imma anke li kieku kien m’ghandux jaghmel differenza. Nissuggerilek tara s-sentenza li irreferejtek ghaliha fejn hemm spjegat dan kollu b’mod car. Jekk taghtini l-email address tieghek nibghathielek.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s