Il-PN f’salib it-toroq


M’għandix idea min ser ikun il-Kap il-ġdid tal-PN. Issa, imma, huma magħrufa l-kandidati għall-Kap.

Fatt li jispikka hu li membru wieħed biss tal-grupp parlamentari tal-PN (Chris Said) ħass il-ħtieġa li joffri ruħu bħala kandidat għal Kap. Dan il-fatt waħdu juri l-istat tal-biki li jinsab fih il-Partit Nazzjonalista bħalissa. Jiena qatt ma niftakru f’dan l-istat. Dan ma jirriflettix tajjeb fuq il-Grupp Parlamentari tal-PN.

M’għandi l-ebda xewqa li niddiskuti l-kandidati individwalment, mhux għax m’hemmx x’tiddiskuti, imma għax f’dan l-istadju ma naħsibx li hu utli li ninvolvi ruħi f’dak li essenzjalment hu dibattitu intern tal-PN innifsu.

L-atturi f’dan id-dibattitu ħaj qed jgħidu tagħhom u diġa qalu diversi affarijiet sinifikanti li jirriflettu kif kienu qed jittieħdu d-deċiżjonijiet fil-PN fil-passat riċenti. Kien Tonio Fenech li fil-fatt fetaħ il-kanuni u dak li qal ma kienx kliem sabiħ. M’huwiex kliem li jirrifletti biss kif (skond Tonio Fenech) kien jaħdem internament Simon Busuttil, imma fuq kollox jirrifletti fuq il-grupp parlamentari nnifsu li donnu kien jieħu pjaċir li jitmexxa min imnieħru.

Hi fażi li trid tgħaddi u magħha tista’ ġġib tibdil sostanzjali fil-PN. Jekk ikunx għall-aħjar, għad irridu naraw.

Imma dak li hu magħruf m’hux sinjal tajjeb.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s