Is-siġar tal-ballut f’Ħal-Lija dejquhom! Għamlu ħerba biex iwessgħu t-triq, biex jagħmlu l-wisa’ għal iktar karozzi. Bħal dak li qalu li m’hawnx biżżejjed minnhom! Għamlu ħerba għal xejn.
Kif jispjega l-ambjentalist veteran Alfred Baldacchino, kien hemm soluzzjonijiet oħra jekk riedu li bil-fors iwessgħu t-triq. Setgħu faċilment salvaw dawn is-siġar, kieku riedu. Uħud minn dawn is-siġar, probabbilment kellhom iktar minn 100 sena.
Sadanittant, l-Awtoritá dwar l-Ambjent u r-Riżorsi tibqa’ ċassa.