Awguri Malta

Malta illum uriet maturitá kbira meta l-Parlament approva bi kważi unanimitá l-liġi dwar l-ugwaljanza fiż-żwieġ.

Hi siegħa importanti li l-Parlament qed jaċċetta pluraliżmu fil-valuri u jistma lil kulħadd l-istess. Kien ikun ħafna aħjar kieku l-vot favur kien akkumpanjat minn diskors konċiljattiv. Għax hemm bżonn iktar rispett lejn il-valuri ta’ xulxin, b’mod partikolari meta dawn ikunu differenti.

Hi ħasra li għad hemm min iqis valuri differenti minn tiegħu bħala immorali. Li ma naqblux hu possibli imma li ninsulentaw lil xulxin fuq il-valuri bażiċi li nħaddnu hu tal-mistħija. Il-pluraliżmu tal-valuri hu fatt li ħadd ma hu ser iħassar.

Dejjem nittamaw li xi darba niftħu kapitlu ġdid, fejn ir-rispett jiġi l-ewwel u qabel kollox.