Edwin Vassallo m’għandux żewġt uċuħ

Bħalissa l-pariri lil Edwin Vassallo mhux nieqsa. Min jgħidlu biex iżomm sod u min jgħidlu biex iwarrab.

Jiena mhux ser inżid ma dawn il-pariri.

Imma nosserva li kuntrarju għal xi uħud, inkluż  madwaru, Edwin Vassallo m’għandux żewġt uċuħ. Qed jaġixxi skond dak li jemmen u skond dak li jgħid. Oħrajn  huma kuntenti u sodisfatti jgħidu kull xorta ta’ diskorsi u argumenti kontra l-proposti, imma mbagħad iddikjaraw li ser jivvutaw favur. Fosthom dawk li qed jaraw l-aħħar tad-dinja toqrob bħala riżultat tal-emendi fil-liġijiet diversi biex l-istitut taż-żwieġ ikun wieħed ugwali.

Għal dawn ta’ l-aħħar il-politika tal-konvenjenza (meta jiddikjaraw li taparsi huma favur) tirbaħ fuq il-politika tal-konvinzjoni. Imma m’humiex konxji li l-vot  tagħhom favur ftit jiswa’ meta tqis u tiżen dak li qed jgħidu. Għax in-nies kapaċi tqis u tiżen, anke jekk mhux dejjem turi dan.

Jiena u nikteb tħabbar li ser tkun organizzata protesta siekta favur iż-żwieġ nisrani bejn raġel wieħed u mara waħda. Hu ovvju li dawn l-organizzaturi għadhom ma irrealizzawx li l-emendi fil-liġi jgħoddu biss għaż-żwieġ ċivili u li kull xorta ta’ żwieg reliġjuż mhux mittiefes. Jiena ma nifhimx kif min dejjem iddikjara li ma jirrikonoxxix iż-żwieġ ċivili, issa qiegħed jinkwieta dwar it-tibdil li ser isir lil dan l-istess żwieġ ċivili . Għax, safejn naf jiena, dak li ma taqbilx miegħu ftit jimporta jekk hux tond jew kwadru!

Imma t-tkeskis f’dan il-pajjiż donnu m’għandux limitu. Għadna ftit il-bogħod biex nifhmu xi tfisser li tirrispetta lil min ma jaqbilx miegħek. Għax min ma jaqbilx miegħek, ma jfissirx li m’għandux valuri, imma li għandu valuri differenti. Valuri li lkoll kemm aħna għandna l-obbligu li nirrispettaw.

Dan hu l-uniku parir li fil-fehma tiegħi jgħodd għal Edwin Vassallo.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s