X’jifhmu tal-PN b’koalizzjoni

Min qed jitkellem dwar koalizzjoni tajjeb li jifhem sewwa li din ta hawn fuq ġiet ippubblikata mis-Sur Geoff Pisani Bencini imma li tneħħiet immedjatament wara, nhar l-20 ta Marzu 2017. Aħna ta Alternattiva Demokratika ridna koalizzjoni suriet in-nies.

Bejn il-PN u l-AD : il-ħsieb wara d-diskussjoni

Ma nafx jekk hux tad-daħq inkella tal-biki.

Alternattiva Demokratika qed tkun ikkritikata minn uħud għax ma ftehmitx mal-PN. Oħrajn qed jikkritikawna anke għall-fatt li bdejna niddiskutu.

L-obbligu tagħna bħala partit politiku kien li neżaminaw dak li kien qed jintalab minna u nikkunsidraw jekk kellniex nieħdu posizzjoni.

Issa dak li konna mitluba nikkunsidraw konna ilna nafuh minn ħafna qabel il-laqgħa, għax dak li ftiehem il-PN mal-Partit ta Marlene Farrugia kien sostanzjalment magħruf. Allura l-analiżi tagħna għamilniha ferm qabel u morna ippreparati.

Ma qbilniex ma dak li kien qed jipproponi l-PN għax li tikkontesta fuq il-lista tal-PN, kif kien qed jitlob minna l-PN, bl-ebda mod ma seta jitqes bħala xi koalizzjoni. Allura ippreparajna proposta dettaljata dwar koalizzjoni li stajna niddiskutu. Konna ippreparati li niddiskutu u nsibu kompromessi dwar id-dettalji imma mhux dwar i-prinċipju : li koalizzjoni kellha tkun distinta mill-partiti li jiffurmawha.

Din il-proposta għamilniha għal tlett raġunijiet.

L-ewwel raġuni kienet li  s-suċċess tal-koalizzjoni jiddependi fuq kemm tkun kapaċi tiġbed lejha Laburisti diżillużi. Lill-parti l-kbira ta dawn il-Partit Nazzjonalista jimbutthom. Għalhekk ipproponejna li l-koalizzjoni tkun organizzata bmod differenti u bisem li ma jimbuttakx.

It-tieni raġuni kienet li ridna niddistakkaw ruħna mill-imġieba passata, anke dik riċenti, tal-PN. Il-PN kellu u għad għandu r-responsabbiltá li jerfa s-slaleb tiegħu. Il-forma tal-koalizzjoni kellha tkun tali li tnaqqas il-possibilitá li bxi mod nagħtu l-messaġġ li għalina xejn mhu xejn.

It-tielet raġuni kienet li ridna nassiguraw ruħna li dak li stajna niftehmu dwaru kien ikun aċċettabbli għall-membri kif ukoll għalll-votanti tagħna. Konna nafu li qatt ma konna ser nogħġbu lil kulħadd. Għax hemm min riedna niftehmu akkost ta kollox u hemm min ma ried ftehim taħt l-ebda ċirkustanza. Żewġ posizzjonijiet estremi li t-tnejn kienu żbaljati.

It-triq li tipprova tiftiehem kienet diffiċli għax il-PN ukoll kellu r-raġunijiet (interni) tiegħu li jiġġustifikaw il-posizzjoni tiegħu. Konna nafu li l-qbil fil-PN dwar il-ftehim mal-Partit ta Marlene Farrugia ma kienx faċli biex jinkiseb. U dan dwar ftehim one-sided favur il-PN. Aħseb u ara meta tittratta dwar ftehim sostanzjalment differenti u bil-bosta iktar ikkumplikat.

Spiċċajna ma għamilna l-ebda ftehim għax ma baqax ħin. Għax naħseb li biktar ħin il-PN kien ikollu iktar ċans li jikkonsidra l-proposta ta AD u anke jekk wara li jkun ikkonsidra emendi, jasal biex jiftiehem.

Għax ir-raġuni ma tridx forza.

Kemm jiena kif ukoll sħabi konna nippreferu kieku wasalna, imma l-kundizzjonijiet tal-PN kienu impossibli li jistgħu jkunu aċċettati minn partit politiku li għandu l-minimu ta rispett lejh innifsu.

Ftehim serju jieħu żżmien biex tikkonkludieh u iktar u iktar ftehim ta din ix-xorta, li, tkun xi tkun il-forma tiegħu, ser ikun ikkritikat kemm minn persuni ġenwini kif ukoll minn oħrajn li mhumiex   

Jiena nifhem li bħalissa fuq il-media soċjali hawn ħafna esperti li qed jagħtuna l-pariri tagħhom dwar dak li messna għamilna. Jiena għandi tweġiba waħda biss: għamilna dak li emminna li kien l-aħjar fiċċirkustanzi.

L-iskart tal-fish farms barra Marsaskala

                

Nhar l-1 ta’ Mejju fit-tard, ircevejt din l-email minn sajjied part-time

Ghaziz Perit,

Qed nehmizlek ir-ritratti. Il-post huwa xi 6 kilometri l-barra minn Marsascala. Hemm borza  tal-plastic blu bl-isem ‘Coppens’ fuqha. Dik hija borza tal-ghalf tal-hut. Hemm kaxxa tal-jablo mimlija qxur u demm tal-hut. Il-bahar mimli skart tal-fish farm. Medda kbira b’hut mejjet u fdalijiet tal-hut, kollox jinten seba’ pesti. Il-wicc tal-bahar kien miksi b’liega ta’ zejt qisu mxahham. Jekk il-kurrenti u r-rih idahhluh lejn l-art, festa kbira jerga jkollna. Il-Borza u l-kaxxa gbarthom u hallejthom fuq il-luzzu (salt intiena), imma hemm hallejthom ghalissa, bhala evidenza. Il-vera nies irresponsabli!

Fil-kaz kellimni.  Tislijiet.

 

L-aritmetika ta’ Simon Busuttil

Il-mod kif Simon Busuttil u l-Partit Nazzjonalista imxew fil-konfront tal-proposti ta Alternattiva Demokratika wrew biċċar li l-PN kien, sfortunatament, interessat biss fl-aritmetika ta alleanza pre-elettorali. Jiġifieri l-uniku interess li kellu l-PN kien li fl-ewwel għadd jgħodd flimkien il-voti li jikseb il-PN ma dawk li tista’ tikseb AD.

Meta ltqajna nhar il-Ġimgħa, wara iktar minn xahrejn nistennew, AD għaddiet lill-PN sett ta proposti. Meta iktar tard Simon Busuttil indirizza lill-istampa qal li kien hemm kważi qbil totali mal-proposti politiċi ta Alternattiva Demokratika.

Id-differenza kienet għax il-PN ried li l-kandidati tal-AD jikkontestaw l-elezzjoni fil-lista tal-PN filwaqt li AD irrispondiet li l-kandidati kollha tal-koalizzjoni għandhom jikkontestaw l-elezzjoni fisem l-istess koalizzjoni. Ippreżentajna ukoll proposta dettaljata kif dan jista jsir.

Flok ma abbandunajna d-diskussjonijiet bqajna niddiskutu jiena u Mario de Marco. Fid-diskussjonijiet kollha li kelli ma Mario de Marco bejn il-Ġimgħa li għaddiet u l-bieraħ stess għall-ħabta tat-3pm iddiskutejna fil-fond din id-differenza fundamentali u ma stajniex naqblu. Ma Mario tista tiddiskuti bil-kalma. Ma għandi l-ebda dubju li fehem id-differenzi sewwa u li wassal fil-PN bmod ċar dak li iddiskutejna. Imma sfortunatament bqajna ma ftehmniex.

Lil dawk kollha li għaddejjin bil-kummenti fuq il-media soċjali dwar dan in-nuqqas ta’ ftehim ngħidilhom biex jistaqsu lilhom infushom mistoqsija waħda: xi dritt għandu l-PN li jippretendi li l-kandidati ta’ Alternattiva Demokratika jippreżentaw ruħhom daqslikieku kienu kandidati tal-PN. Għamilna ħilitna kollha biex inkunu oġġettivi f’dak li ngħidu u f’dak li nipproponu, tant li l-PN innifsu, fl-istqarrija tiegħu l-bieraħ ikkummenta dwar dan b’mod posittiv. Dan għamilnieh minkejja li fil-passat Alternattiva Demokratika ingidmet mill-PN u minkejja li l-pariri kollha li kellna kienu biex ma nafdawx. Minkejja li l-PN dejjem ittrattana ħażin, fl-interess nazzjonali ippruvajna infittxu ftehim. 

Dan kollu hu ħasra għax l-alleanza pre-elettorali (jew kif insejħuha kulltant il-koalizzjoni) kienet opportunitá unika biex inkattru r-rispett għad-diversitá politika. Opportunitá li issa tidher li intilfet.  Hi ħasra ukoll li l-PN ma kienx kapaċi jara l-interessi tal-pajjiż qabel jew flimkien mal-interessi aritmetiċi tal-Partit Nazzjonalista. Bħala konsegwenza ta dan, il-Partit Nazzjonalista issa jeħtieġ li jerfa r-responsabbiltá li qed jagħti lil Joseph Muscat u lid-delinkwenti ta madwaru l-possibilità ta ħames snin oħra fil-Gvern. Alternattiva Demokratika qatt ma tagħlaq il-bieb u tibqa’ lesta li tiddiskuti sakemm dan ikun possibli.

 

Mhux faċli, imma possibli

 

Il-kummenti dwar id-diskussjonijiet bejn l-AD u l-PN huma diversi. Fil-fehma tiegħi hemm diffikultajiet ġenwini miżżewġ naħat.

Da parti tagħha, Alternattiva Demokratika disposta li tagħmel sforz biex taqbel fuq isem aċċettabbli għażżewġ naħat. Avolja kull isem li issemma fih xi problema.

Imma l-istorja ma tieqafx hawn, għax dan hu biss il-bidu. Biex imbagħad il-lista tal-kandidati miftehma tidher fil-polza tal-vot bdan l-isem irid “jinħoloq” partit politiku li jkollu dan l-isem.

Din hi kumplikazzjoni żejda li nħolqot riżultat tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti.

Imma dwar dan, Alternattiva Demokratika diġa għaddiet proposta dettaljata lill-PN fil-laqgħa li saret il-Ġimgħa. Mhux faċli imma possibli.  Avolja l-kummenti vojta ta’ uħud ma tantx qed jagħmlu ġid.