Mela skond in-Nazzjonalisti, vot għal Alternattiva Demokratika hu vot għall-Labour. Diska antika ħafna din, li smajniha fil-kampanja elettorali tal-2008 ukoll.
Issa jidher li tħajjar il-Partit Laburista ukoll. Għax il-bieraħ, fl-Imqabba Joseph qalilhom li vot għal Alternattiva Demokratika hu vot għall-PN. [Il-kliem eżatt kien li vot għal xi partit li mhux il-Partit Laburista hu vot għal Simon Busuttil.]
Qiesu qed jgħidulna li vot għal Alternattiva Demokratika hu three in one.
Issa għiduli inthom kif jista’ jkun li vot għal Alternattiva Demokratika jkun vot għall-PN u l-PL fl-istess elezzjoni?
Imma dawn bħalissa qed jagħmluha tal-bullijiet jippruvaw jintimidaw għax it-tnejn għandhom l-għatx.
Qatt daqs illum ma kienet għażla daqshekk ċara u b’saħħitha, vot għal-Alternattiva Demokratika. Vot favur l-indafa u kontra l-korruzzjoni.
Vot Alternattiv, vot nadif.