Qed jgħidulna li Simon Busuttil mhu ser jagħmel l-ebda referendum ieħor dwar il-kaċċa (fir-rebbiegħa).
Bħal dak li qallu li Simon Busuttil jew il-PN qatt kellhom x’jaqsmu mar-referendum abrogattiv dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa!
Ir-referendum abrogattiv dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa seħħ wara li Alternattiva Demokratika u numru kbir ta’ għaqdiet ambjentali flimkien ġbarna l-firem biex dan ikun jista’ jsir.
Jekk isirx referendum ieħor jew le ma jiddeċidix Simon imma l-votanti meta dawn jagħżlu jekk jappoġġawx petizzjoni oħra għal referendum, dejjem jekk din il-petizzjoni issir!
Ta’ l-inqas issa nafu li Simon Busuttil ivvota favur il-kaċċa. Dan nafuh għax qalilna hu x’ħin kien qed jipprova jilgħaq lill-kaċċaturi.
Nittama li ma jerġax jibda jippoża favur l-ambjent issa li kixef x’hemm wara l-maskra!