Fuq il-polza tal-vot : il-Forza Nazzjonali ma teżistix


Xi uħud għandhom bl-illużjoni li hawn xi Forza Nazzjonali u spiss jiktbu li għad hemm ċans li wieħed jingħaqad ma din il-forza.

Meta il-Kummissjoni Elettorali, illum, tibda tilqa n-nominazzjonijiet forsi tindunaw li ma hu ser ikun hemm l-ebda nomina fisem xi Forza Nazzjonali. Sempliċiment għax din ma teżistix. In-nomini ser ikunu fisem il-Partit Nazzjonalista, l-Partit Laburista, l-Alternattiva Demokratika, possibilment xi partiti żgħar oħra u xi kandidati indipendenti.

Għax fir-realtá ma teżisti l-ebda koalizzjoni imma lista elettorali tal-PN li fiha kandidati li mhumiex membri tal-PN u ċjoe membri tal-Partit Demokratiku.

Dan seħħ għax uħud, inkluż min jippretendi li jifhem ħafna, għaġġlu u bhekk ma tawx ċans li tkun żviluppata koalizzjoni vera.

Alternattiva Demokratika dejjem riedet tipparteċipa fkoalizzjoni, immaterjalment minn din xi tkun tissejjaħ, imma koalizzjoni ma hawnx.

Ma nkunx ġust jekk nittimbra lil min qed jaqbel mal-PN li hu opportunist, għax ma naħsibx li huma. Imma jibqa l-fatt li mhumiex jirrealizzaw il-konsegwenzi gravi ta dak li għamlu.

Fdan il-mument kritiku kien ikun tajjeb kieku ġiet iffurmata koalizzjoni, imma koalizzjoni mhawnx u issa dan mhuwiex iktar possibli.

Dan hu ħasra għax it-triq li qabad il-PN mhiex fl-interess nazzjonali. Il-lingwaġġ użat fil-kampanja elettorali sissa hu qalil u ser ikompli jkattar il-mibgħeda. Fl-aħħar min qed jikkontribwixxi għal din il-mibgħeda irid jerfa r-responsabbiltá sħiħa.

Xser jiġri fl-aħħar ma nafx. Naf biss ħaġa waħda: li fuq il-polza tal-vot mhu ser ikun hemm l-ebda Forza Nazzjonali!