Bejn il-PN u l-AD : il-ħsieb wara d-diskussjoni

Ma nafx jekk hux tad-daħq inkella tal-biki.

Alternattiva Demokratika qed tkun ikkritikata minn uħud għax ma ftehmitx mal-PN. Oħrajn qed jikkritikawna anke għall-fatt li bdejna niddiskutu.

L-obbligu tagħna bħala partit politiku kien li neżaminaw dak li kien qed jintalab minna u nikkunsidraw jekk kellniex nieħdu posizzjoni.

Issa dak li konna mitluba nikkunsidraw konna ilna nafuh minn ħafna qabel il-laqgħa, għax dak li ftiehem il-PN mal-Partit ta Marlene Farrugia kien sostanzjalment magħruf. Allura l-analiżi tagħna għamilniha ferm qabel u morna ippreparati.

Ma qbilniex ma dak li kien qed jipproponi l-PN għax li tikkontesta fuq il-lista tal-PN, kif kien qed jitlob minna l-PN, bl-ebda mod ma seta jitqes bħala xi koalizzjoni. Allura ippreparajna proposta dettaljata dwar koalizzjoni li stajna niddiskutu. Konna ippreparati li niddiskutu u nsibu kompromessi dwar id-dettalji imma mhux dwar i-prinċipju : li koalizzjoni kellha tkun distinta mill-partiti li jiffurmawha.

Din il-proposta għamilniha għal tlett raġunijiet.

L-ewwel raġuni kienet li  s-suċċess tal-koalizzjoni jiddependi fuq kemm tkun kapaċi tiġbed lejha Laburisti diżillużi. Lill-parti l-kbira ta dawn il-Partit Nazzjonalista jimbutthom. Għalhekk ipproponejna li l-koalizzjoni tkun organizzata bmod differenti u bisem li ma jimbuttakx.

It-tieni raġuni kienet li ridna niddistakkaw ruħna mill-imġieba passata, anke dik riċenti, tal-PN. Il-PN kellu u għad għandu r-responsabbiltá li jerfa s-slaleb tiegħu. Il-forma tal-koalizzjoni kellha tkun tali li tnaqqas il-possibilitá li bxi mod nagħtu l-messaġġ li għalina xejn mhu xejn.

It-tielet raġuni kienet li ridna nassiguraw ruħna li dak li stajna niftehmu dwaru kien ikun aċċettabbli għall-membri kif ukoll għalll-votanti tagħna. Konna nafu li qatt ma konna ser nogħġbu lil kulħadd. Għax hemm min riedna niftehmu akkost ta kollox u hemm min ma ried ftehim taħt l-ebda ċirkustanza. Żewġ posizzjonijiet estremi li t-tnejn kienu żbaljati.

It-triq li tipprova tiftiehem kienet diffiċli għax il-PN ukoll kellu r-raġunijiet (interni) tiegħu li jiġġustifikaw il-posizzjoni tiegħu. Konna nafu li l-qbil fil-PN dwar il-ftehim mal-Partit ta Marlene Farrugia ma kienx faċli biex jinkiseb. U dan dwar ftehim one-sided favur il-PN. Aħseb u ara meta tittratta dwar ftehim sostanzjalment differenti u bil-bosta iktar ikkumplikat.

Spiċċajna ma għamilna l-ebda ftehim għax ma baqax ħin. Għax naħseb li biktar ħin il-PN kien ikollu iktar ċans li jikkonsidra l-proposta ta AD u anke jekk wara li jkun ikkonsidra emendi, jasal biex jiftiehem.

Għax ir-raġuni ma tridx forza.

Kemm jiena kif ukoll sħabi konna nippreferu kieku wasalna, imma l-kundizzjonijiet tal-PN kienu impossibli li jistgħu jkunu aċċettati minn partit politiku li għandu l-minimu ta rispett lejh innifsu.

Ftehim serju jieħu żżmien biex tikkonkludieh u iktar u iktar ftehim ta din ix-xorta, li, tkun xi tkun il-forma tiegħu, ser ikun ikkritikat kemm minn persuni ġenwini kif ukoll minn oħrajn li mhumiex   

Jiena nifhem li bħalissa fuq il-media soċjali hawn ħafna esperti li qed jagħtuna l-pariri tagħhom dwar dak li messna għamilna. Jiena għandi tweġiba waħda biss: għamilna dak li emminna li kien l-aħjar fiċċirkustanzi.

Advertisements

One comment on “Bejn il-PN u l-AD : il-ħsieb wara d-diskussjoni

  1. sewwa spjegajt Carmel. Urejtu li ma intkhomx xi partit ta walk over, jew li inklinati lejn partit wiehed jew iehor. Ghandkhom ir-ragunijiet taghkhom ibbazati fuq onesta u il vera gid ghal pajjiz. PROSIT. Zgur li din id-darba ser izzidu fil voti.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s