L-aritmetika ta’ Simon Busuttil

Il-mod kif Simon Busuttil u l-Partit Nazzjonalista imxew fil-konfront tal-proposti ta Alternattiva Demokratika wrew biċċar li l-PN kien, sfortunatament, interessat biss fl-aritmetika ta alleanza pre-elettorali. Jiġifieri l-uniku interess li kellu l-PN kien li fl-ewwel għadd jgħodd flimkien il-voti li jikseb il-PN ma dawk li tista’ tikseb AD.

Meta ltqajna nhar il-Ġimgħa, wara iktar minn xahrejn nistennew, AD għaddiet lill-PN sett ta proposti. Meta iktar tard Simon Busuttil indirizza lill-istampa qal li kien hemm kważi qbil totali mal-proposti politiċi ta Alternattiva Demokratika.

Id-differenza kienet għax il-PN ried li l-kandidati tal-AD jikkontestaw l-elezzjoni fil-lista tal-PN filwaqt li AD irrispondiet li l-kandidati kollha tal-koalizzjoni għandhom jikkontestaw l-elezzjoni fisem l-istess koalizzjoni. Ippreżentajna ukoll proposta dettaljata kif dan jista jsir.

Flok ma abbandunajna d-diskussjonijiet bqajna niddiskutu jiena u Mario de Marco. Fid-diskussjonijiet kollha li kelli ma Mario de Marco bejn il-Ġimgħa li għaddiet u l-bieraħ stess għall-ħabta tat-3pm iddiskutejna fil-fond din id-differenza fundamentali u ma stajniex naqblu. Ma Mario tista tiddiskuti bil-kalma. Ma għandi l-ebda dubju li fehem id-differenzi sewwa u li wassal fil-PN bmod ċar dak li iddiskutejna. Imma sfortunatament bqajna ma ftehmniex.

Lil dawk kollha li għaddejjin bil-kummenti fuq il-media soċjali dwar dan in-nuqqas ta’ ftehim ngħidilhom biex jistaqsu lilhom infushom mistoqsija waħda: xi dritt għandu l-PN li jippretendi li l-kandidati ta’ Alternattiva Demokratika jippreżentaw ruħhom daqslikieku kienu kandidati tal-PN. Għamilna ħilitna kollha biex inkunu oġġettivi f’dak li ngħidu u f’dak li nipproponu, tant li l-PN innifsu, fl-istqarrija tiegħu l-bieraħ ikkummenta dwar dan b’mod posittiv. Dan għamilnieh minkejja li fil-passat Alternattiva Demokratika ingidmet mill-PN u minkejja li l-pariri kollha li kellna kienu biex ma nafdawx. Minkejja li l-PN dejjem ittrattana ħażin, fl-interess nazzjonali ippruvajna infittxu ftehim. 

Dan kollu hu ħasra għax l-alleanza pre-elettorali (jew kif insejħuha kulltant il-koalizzjoni) kienet opportunitá unika biex inkattru r-rispett għad-diversitá politika. Opportunitá li issa tidher li intilfet.  Hi ħasra ukoll li l-PN ma kienx kapaċi jara l-interessi tal-pajjiż qabel jew flimkien mal-interessi aritmetiċi tal-Partit Nazzjonalista. Bħala konsegwenza ta dan, il-Partit Nazzjonalista issa jeħtieġ li jerfa r-responsabbiltá li qed jagħti lil Joseph Muscat u lid-delinkwenti ta madwaru l-possibilità ta ħames snin oħra fil-Gvern. Alternattiva Demokratika qatt ma tagħlaq il-bieb u tibqa’ lesta li tiddiskuti sakemm dan ikun possibli.

 

Advertisements

3 comments on “L-aritmetika ta’ Simon Busuttil

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s