Għad baqa’ biss ftit siegħat ċans

Kultant jiġini d-dubju eżattament xi jrid il-Partit Nazzjonalista.

Nhar it-13 ta Frar li għadda kont il-Parlament għal laqgħa tal-Kumitat dwar l-Abbozzi tal-Liġijiet. Kien ġie fuqi Mario de Marco. Wara li irrefera għall-artiklu tiegħi fl-Independent on Sunday ġurnata qabel intitolat Basics for Coalition Building.

Staqsieni jekk kontx tal-fehma li invista ta dak li ktibt kien hemm bażi raġonevoli biex niltaqgħu il-PN u l-AD ħalli naraw jekk hemmx lok għal ftehim. Wara li tkellimt ma Arnold Cassola jiena tajtu risposta posittiva.

Imma wara li għaddiet ġimgħa u ma smajt xejn għidt li ma jridux jafu.

Għaddew 10 ġimgħat sakemm it-Tnejn 24 tApril ċempilli Mario de Marco biex niltaqgħu u fil-fatt iltqajna nhar il-Ġimgħa 28 tApril, wara biss erbat ijiem.

Dan qed ngħidu biex min qed jaħseb li qagħda nittratjenu u ħallejna għall-aħħar jifhem li dan mhux il-każ.

Għad baqa ftit siegħat ċans biex jintlaħaq ftehim. Tajjeb li nifhmu li n-nuqqas ta qbil hu fuq raġuni waħda. Mhux dwar l-isem kif qed jingħad. Imma dwar il-fatt li l-kandidati kollha tal-koalizzjoni jeħtieġihom jippreżentaw ruħhom bħala kandidati tal-PN fuq il-lista elettorali tal-PN kif jgħid il-ftehim bejn il-PN u l-Partit Demokratiku ta Marlene Farrugia.

Dan il-ftehim jinjora faxxa kbira ta votanti li lesti jivvutaw kontra l-partit ta Joseph Muscat imma mhux favur il-Partit Nazzjonalista. L-unika soluzzjoni hi lista elettorali separata mill-partiti li jiffurmaw il-koalizzjoni.

Il-PN għandu document ta tmien paġni imħejji minn AD li jispjega kif dan kollu jista jsir.

Baqa ftit siegħat.

Meta ma jkunx għad baqa ħin nittama li ħadd ma jiġi jeqred.

2 comments on “Għad baqa’ biss ftit siegħat ċans

  1. It is blatantly obvious that a Coalition list, rather than a PN list, will maximise the chances of ousting PanamaPL whilst enabling Simon Busuttil become prime minister (hopefully, but not necessarily) of a coalition government with PD&/AD candidates elected to parliament.

    AD’s sympathizers, unconvinced that the PN has sanitised itself and abhorring the PNPL duopoly, together with Labour sympathizers who distrust Muscat but cannot bring themselves to vote anyone under a PN list, can in aggregate, determine the election’s result – unless Simon Busuttil gets his party members to approve a factual fresh PN/PD/AD coalition list.

    The PN had already gambled Malta’s EU accession during the 2003 general elections when it ‘instructed’ its supports against giving any secondary preference votes to AD, notwithstanding the AD’s campaign to have voters give 1st preference to the PN.

    The PN’s stubborn stand against, or its eleventh hour rational and logical acceptance of, a PN/PD/AD Coalition list, will demonstrate whether Simon Busuttil as potential prime minister, really intends to introduce, implement and maintain the effective checks and balances necessary to ensure that no future prime minister or governing party/ies, can run roughshod over everyone and neutralise the country’s institutions supposedly safeguarding democracy and good governance.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s