Hemm diversi li qed jiktbulna biex jistaqsu dwar x’inhi s-sitwazzjoni dwar il-possibilitá ta’ alleanza/koalizzjoni mal-PN fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Uħud huma iħawwdin minħabba informazzjoni u kummenti żbaljati li hemm min qed ixerred.
Biex inkun ċar ser nispjega fil-qosor:
1. Dak li qed jipproponi l-PN hu li l-ismijiet tal-kandidati kollha tal-koalizzjoni jidhru fuq il-lista PN, jiġifieri taħt il-maduma.
2. Għal uħud dan m’hu problema xejn.
3. Imma għal diversi, inkluż diversi minn dawk li sal-lum ivvutaw Labour u qed jikkunsidraw jivvutaw lill-koalizzjoni (partikolarment lill-AD u l-PD bħala membri tal-koalizzjoni) : taqbadhom ir-rogħda u rabja kbira meta jaraw il-maduma tal-PN quddiemhom u qatt m’huma ser jaslu biex jivvutaw kandidat li ismu jkun fil-lista tal-PN. Dan in-numru ta’ votanti qed jikber bil-minuti.
4. Dan ifisser li jistgħu jintilfu ħafna voti ta’ persuni li lesti jivvutaw lill-koalizzjoni imma ma jridux imissu mal-PN.
Huwa għalhekk li Alternattiva Demokratika qed tinsisti li l-koalizzjoni tkun organizzata b’mod differenti, taħt isem ieħor. Dan la hu kapriċċ u l-anqas tfettieq. U dan apparti diversi argumenti oħra.
Sfortunatament s’issa l-PN ma jridx jiċċaqlaq u wisq nibża’ li hemm resistenza kbira għal dan. Ikun tajjeb jekk tħabbtu fuq il-bieb tal-Partit Nazzjonalista u tgħidulu jiċċaqlaq mingħajr iktar dewmien.
Nahseb hi cara li d-diskussjonijiet spiccaw qabel ma bdew. Il-PN ma jridx jiccaqlaq u l-AD ma tridx ticcaqlaq. Nifhem ir-ragunijiet tat-tnejn. Jien votant ta AD pero did-darba ha nivvota PD ghax inhoss li t-tnehhija tal-PanamaGang hi prijorita numru 1 ghal pajjiz. Kont nippreferi kieku ghandi l-opportunita nivvota lil AD biex naghmel dan. Pero nifhem li hemm sezzjoni ta partitarji tal-AD li ma jridux ikunu assocjati mal-PN bl-ebda mod.
Id-diskussjonijiet ghadhom ma spiccawx. Qed nittama li l-PN jifhem li hemm kwantita ta’ votanti (mhux biss gejjin mill-AD) li ma jridux imissu mal-PN. Jekk il-koalizzjoni ser tkun fuq il-lista tal-PN hafna minn dawn ma jivvutawx. Din hi realta’ hemm barra u tissarraf f’numru mhux zghir ta’ voti.
Dawk il votanti li kif ghedt int taqbadhom ir roda jistghu ma jivvotawx. Ghaliex anke jekk l-AD tkun wahedha dawk il voti ta dawn in nies xorta jkunu mohlija. Jekk l-AD ma tinghaqadx mal koalizzjoni tirriskja li tizvinta u ghalhekk tkun tilfet opportunita ta ftehim ta national threshold ghall gejjieni li hafna jridu
Min veru jhobb lil Malta jbaxxi rasu ghal li jkun hemm bzonn. Min ma jivvotax mhux veru jhobb lil uliedu.
Qrajt kumment fil-gazzetti minghand Arnold li tani tama; qak li l-prijorita’ issa hi li jitnehha dan il-gvern korrott. La r-rieda tajba qieghda hemm nittama li soluzzjoni tinstab.
LE LE, l-isem tal koalizjoni la ghandu ikun la PN u lanqas AD. Hemm tant ismijiet ohra. X’inhi l-problema ??
Int gej mill- mal PN, Allura izjed facli li tikkonvinci lill haddiehor biex tinghaqdu. Tinsiex li ghandkom cans titilfuhx ghall- ras iebsa tagfhkom .Trid tammetti li il Partit Nazzjonalista qieghed itikom l-id ta l-irgulija biex tahdmu flimkien ghall-
gid Nazzjonali.Il- bqija wara l-elezzjoni harsu lejn ir risultat tal voti li igibu u turu id djufija talli bqajtu wahidkom.Titilfux ic cans.
Ma ghandiex tigi ikkumplikata kwistjoni bhal din. L-oggettiv tal-koalizjoni huwa carissmu. Dan ir-rigunar jidher li hemm daqsxejn ta’ egoizmu minn naha ta’ min qed ifittex dan id-dettal biex japprofitta xi haga iktar ghalih. Imma dan jistgha jsir ahjar bil-fatti minn kif jagixxu fil-koalizjoni. In -nazzjonalisti fl-AD jafu bizzejjed jirragunaw.li ghalkemm ghandhom ir-ragunijiet taghhom is-sitwazjoni inbiidlet u ma nghagglux billi npoggu il-karettun qabel iz-ziemel. Il-futur ghadu hadd ma rah u l-indikazzjoni hi li l-affarijiet ghad iridu jkomplu jinbidlu. Ghalhekk nkkoncentraw diq l-esigenzi tal-mument.
La dan mhux dettall. L-anqas m’hu kaz ta’ egoizmu, minn l-ebda naha.
Fuq l-isem li jidher fil-polza tal-vot hu possibli li naslu, ghalkemm nistqarr li dan ikun b’diffikulta. Imma biex dan l-isem jidher fuq il-polza tal-vot imbaghad irid “jinholoq” il-partit politiku b’dan l-isem miftiehm. Dan hu rizultat tal-ligi gdida dwar il-finanzjament tal-partiti.
Alternattiva Demokratika diga hejjiet l-abbozz dwar dan u ghaddietu lill-PN. Imma dan mhux xi haga semplici.
Bl istess argument tieghek Nista nimmagima 4 snin ilu kemm kien hemm roghda mela !! Pero dawn(36,000) minn PN resqu fuq il maduma tal PL !
Hekk vera jridu l bidla u jhobbu lil pajjiz jeghlbu ir roghda u jivvutaw PN !!!