Fid-dell ta’ Aliyev

Għadu kmieni biex wieħed jifforma opinjoni dwar kemm il-Bank ta Pilatus kien qed jirriċikla l-flus maħmuġin mal-erbat irjieħ tad-dinja fisem il-klijenti tiegħu. Dan minħabba li l-fatti, dejjem jekk seħħew, sissa la ġew spjegati biżżejjed u l-anqas sostanzjati fil-pubbliku.

Allegazzjonijiet isiru l-ħin kollu imma ftit ikunu sostanzjati. Meta dawn il-provi ma jkunux imperċin dan ikun ifisser jew li ma seħħux kif intqal, inkella li dawn il-provi ser jibqgħu kunfidenzjali għax ikun meħtieġ li jkun protett is-sors tal-informazzjoni.

Il-gravitá tal-allegazzjonijiet bil-fors tqajjem punt interogattiv dwar jekk dak li jkun qed jintqal hux minnu jew le. Avolja qegħdin fi żmien li ma tantx ser nistagħġbu jekk dak allegat seħħx verament.

Nafu li t-tmexxija tal-Ażerbajġan hi waħda minn l-iktar korrotti fid-dinja u għalhekk anke l-fatt biss li pajjiżna qed jidher viċin wisq ta dan il-pajjiż hu minnu innifsu ta tħassib. Bħalma hu tad-daħq, jew forsi aħjar tal-biki żżjarat spissi tal-Ispeaker tal-Parlament Malti fdan il-pajjiż fejn spiss smajnieh jgħidilna kemm hu demokratiku u trasparenti Aliyev. Ovvjament dawn iċcertifikati ta’ Anglu Farrugia ftit jikkonvinċu nies dwar Aliyev, imma bla dubju jixħtu dell konsiderevoli fuq dak li Mr Speaker jifhem b’demokrazija u trasparenza.

Huwa fdan il-kuntest li wieħed irid ipoġġi dak li qed jintqal.

Għax pajjiżna jidher li dieħel fl-industrija tar-riċiklaġġ. Mhux dik assoċjata mal-ħarisen tal-ambjent imma l-prodott tal-korruzzjoni.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s