Xi ġimgħat ilu, l-aħħar li tkellimt ma Marlene, kienet qaltli li l-laqgħat mal-Partit Nazzjonalista kienu għadhom fil-bidu. Ma setawx jimxu l-quddiem, qaltli, għax il-PN ried jassorbihom u huma (ta’ Marlene) ma riedux. Ta’ l-inqas hekk qaltli, sakemm ma kienitx qed tipprova tgħaddini biż–żmien.
Jidher li issa ċediet. Filwaqt li l-paroli ma jonqosx, il-kapitulazzjoni hi kompleta. Il-Partit Demokratiku issa ser jisparixxi.
Issa Marlene tibda tgħix l-illużjoni li tista’ tibdel il-PN minn ġewwa. Hemm min qed jgħid li din hi l-unika triq għall-partiti ż–żgħar. It-tweġiba tiegħi hi waħda, ċara u sempliċi: Alternattiva Demokratika mhux interessata f’din it-triq.