Il-finanzjament tal-partiti : id-difett ewlieni fil-liġi

 

Bħalissa għaddej id-dibattitu dwar jekk il-Kummissjoni Elettorali għandiex tinvestiga l-allegazzjonijiet li nġiebu għall-attenzjoni tagħha dwar nuqqas ta osservanza tal-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti.

Alternattiva Demokratika sa mill-bidu nett għamlitha ċara li kien żball oħxon li tintgħażel il-Kummissjoni Elettorali biex tħares l-implimentazzjoni tal-liġi. Fdokument dwar l-abbozz ta liġi f’Lulju 2014, Alternattiva Demokratika kienet qalet hekk : 

………….. l-komposizzjoni tal-Kummissjoni Elettorali bnofsha  tinħatar mill-Gvern u bin-nofs l-ieħor tinħatar mill-Oppożizzjoni (bChairman appuntat mill-Gvern) tpoġġi liżżewġ partiti politiċi parlamentari fpożizzjoni li direttament jikkontrollaw il-proċess kollu li qed jiġi propost. Kull partit politiku ieħor, inkluż Alternattiva Demokratika, hu  eskluż minn dan il-proċess.

…………………

Alternattiva Demokratika, kif diġa għamlet meta ikkummentat dwar il-White Paper tirreferi għal proposta approvata minn Kumitat Magħżul tal-Kamra tar-Rappreżentanti taħt it-tmexxija tal-iSpeaker. Il-Kumitat Magħżul issa iffinalizza r-rapport tiegħu liema rapport  jinkludi abbozz ta liġi ieħor intitolat: Standards in Public Life Act 2014. Dan l-abbozz  jipprovdi dwar il-ħatra ta Kummissarju u Kumitat Permanenti Parlamentari dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika.

Skond il-klawsola 3 tal-abbozz dwar l-Istandards, il-liġi proposta tapplika għall-Membri tal- Parlament (inkluż Ministri, Segretarji Parlamentari u Assistenti Parlamentari) kif ukoll għal  persuni impjegati fposizzjoni ta fiduċja inkella bħala konsulenti tal-Gvern jew ta xi korp  statutorju. L-istess klawsola 3 tippermetti li l-applikabilita tal-liġi tista titwessa permezz ta  regolamenti li jkunu ikkunsidrati u jiksbu l-appoġġ tal-Kamra tar-Rappreżentanti.

L-abbozz jikkonċerna l-imġieba tal-politiċi eletti fil-Parlament u konsulenti/ħatriet ta fiduċja.

L-awtorità regolatorja hi vestita fKummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika li skond kif  tipprovdi l-klawsola 4 tal-istess abbozz jeħtieġ l-approvazzjoni ta mhux inqas minn żewġ terzi tal-Membri tal-Kamra tar-Rappreżentanti biex ikun jista jinħatar.

Il-Kummissarju hekk maħtur hu propost li jkun sorveljat fil-ħidma tiegħu minn Kumitat Permanenti mmexxi mill-iSpeaker u kompost ukoll minn 4 Membri Parlamentari, tnejn min-naħa tal-Gvern u tnejn oħra min-naħa tal-Oppożizzjoni.

Alternattiva Demokratika hi tal-fehma li dan ifisser mhux biss garanzija ta serjeta u imparzjalita bil-ħatra ta persuna li tgawdi l-fiduċja ta mhux inqas minn żewġ terzi tal-Parlament imma ukoll garanzija ta trasparenza ikbar minħabba li l-laqgħat tal-Kumitat Parlamentari jsiru fil-pubbliku. Il-ħidma li issir għaldaqstant tista ukoll tkun soġġetta biktar faċilita għall-iskrutinju tal-medja.  

Għal dawn ir-raġunijiet Alternattiva Demokratika hi tal-fehma li l-awtorita regolatorja dwar il-finanzjament tal-politika għandha tkun fil-qafas tal-istruttura li l-Parlament qiegħed jibni bil-mod u bil-paċenzja dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika bl-involviment tal-Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Dan ikun ferm aħjar mill-istruttura proposta fl-abbozz ta liġi dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi.

Nifhmu li l-idea li l-awtorita regolatorja għall-finanzjament tal-partiti politiċi tkun il-Kummissjoni Elettorali ttieħdet mill-esperjenza tar-Renju Unit. Irridu iżda inżommu quddiem għajnejna li l-esperjenza tar-Renju Unit mgħandha xejn xtaqsam ma dik Maltija fejn tidħol awtorita regolatorja indipendenti. Fil-leġislazzjoni tar-Renju Unit kemm il-proċess elettorali ukoll dak ta sorveljanza tal-finanzjament tal-partiti politiċi hu taħt il-lenti tal-House of Commons u l-Kummissarji Elettorali għar-Renju Unit (għaxra bkollox) bkuntrast mal-prattika fMalta ma jistgħux ikunu persuni assoċjati ma partiti politiċi. Dik tagħmel differenza kbira u fundamentali.

Wara li Alternattiva Demokratika kienet ħarget bdin ir-reazzjoni, il-PN kien beda jdoqq l-istess diska.

Imma l-Gvern webbes rasu.

 

Tista tara id-dokument sħih ippubblikat bil-Malti hawn. Inkella hawn jekk tippreferi taqrah bl-Ingliż.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s