Il-ħut fil-baħar ta’ Sandro Chetcuti

Fi stqarrija li ħarġet l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi, bi tweġiba ovvja għall-konferenza stampa li jiena indirizzajt il-bieraħ fMarsaxlokk, Sandro Chetcuti qed jiddefendi lil min xtara l-ħut fil-baħar.

Għax hekk ġralu min xtara art li l-Parlament fl-2006 approva biex tkun tajba għall-bini, bħalma għamlu dawk li xtraw l-art fil-Mosta (Torri Cumbo) u Marsaxlokk (Marnisi), fl-aħbarijiet fdawn il-ġranet.

Meta fl-2006 il-Parlament bil-voti favur tal-Membri Parlamentari Nazzjonalisti u bil-voti kontra tal-Membri Parlamentari Laburisti approva li żewġ miljun metru kwadru ta art minn ODZ saru parti miżżona ta żvilupp ma iddeċiediex xseta jinbena fuqhom. L-anqas ma iddeċieda l-għoli li seta jinbena.

Imma min kellu l-art f’ħafna każi fassal it-toroq u beda jbiegħ il-plots. U għamel kemxa ġmielha!

Min approva fejn ser jgħaddu t-toroq?

Ħadd. Tant li meta per eżempju nhar l-20 ta Marzu l-Kumitat Eżekuttiv tal-Awtoritá tal-Ippjanar kien qed jiddiskuti l-applikazzjoni tal-Mosta (dawk it-38,500 metru kwadru ħdejn it-Torri Cumbo) wieħed mill-membri tal-kumitat qal li l-applikanti ippruvaw jorbtu idejn l-Awtoritá billi fasslu t-toroq u qasmu l-plots bdawn it-toroq qabel ma ittieħdet id-deċiżjoni.

Issa xjiġri jekk l-Awtorita tal-Ippjanar tiddeċiedi (kif għandha kull dritt li tagħmel) li tfassal it-toroq bmod differenti? Jew inkella jekk tiddeċiedi li l-art għandha tinbena bdensitá baxxa, bsular wieħed biss?

Dan kollu Sandro ma jgħidux. Għax min fittex li jbiegħ l-art daħaq bin-nies meta qassamhom fi plots kif ried hu u mingħajr ma kellu f’idejh il-permessi tal-ippjanar biex ikun jista jagħmel dan.

Xtraw il-plots meta ma kellhom l-ebda konferma dwar xjista jinbena fuqhom. L-anqas biss ma kellhom konferma li l-plot li xtraw kellha faċċata mat-triq.

Għalhekk xtraw il-ħut fil-baħar.

 

Advertisements