Mosta : 38,600 metri kwadri oħra għall-bini

 

ø

 

Iktar kmieni dal-għodu fkonferenza stampa fil-periferija tal-Mosta, ħdejn it-Torri Cumbo, Alternattiva Demokratika reġgħet semmgħet leħinnha dwar żvilupp żejjed u l-qerda tar-raba.

L-art li se tintmiss din id-darba fiha qies ta madwar 38,600 metru kwadru. Dwarha l-Awtorità tal-Ippjanar nhar it-Tnejn li ġej se tiddeċiedi dwar xtip ta żvilupp se jkun possibli fuqha.

L-aħħar ċensiment li sar fl-2011 kien żvela li minn 8359 residenza fil-Mosta, 16.2% kienu vakanti u 3.2% oħra kienu użati okkazjonalment. Allura għalfejn l-awtoritiajiet kontinwament jinkoraġġixxu żvilupp massiċċ?

Din hi medda oħra ta art li fl-2006 l-Gvern ta dakinhar kien iddeċieda li tista tinbena. Dakinhar il-Partit Laburista fil-Parlament kien ivvota kontra u l-Partit Nazzjonalista kien ivvota favur din il-qerda.

L-Awtorità tal-Ippjanar se tikkonsidra l-applikazzjoni PC 039/09 li biha fdin iżżona se jkun permess żvilupp ta tliet sulari u semi-basement bbini ta għoli ta 17.50 metru minn wiċċ it-triq. L-art hi mqassma fi 93 plot individwali u 8 biċċiet oħra ta art li sissa ma ġewx imqassma fi plots. Din l-art, meta tinbena tista iżżid numru konsiderevoli ta propjetajiet vojta ma dawk li diġa hemm.

Bħal din l-art hemm medded oħra ta art li kemm-il darba tkellimna fuqhom, inkluż fi Triq Dun Mikiel Xerri, fit-tarf ta Ħ’Attard.

Alternattiva Demokratika tistieden lill-Partit Laburista li fl-2006 ivvota kontra l-iżvilupp ta din l-art u oħrajn bħalha, biex ikun konsistenti u jieħu l-passi neċessarji, dejjem sakemm ma reġax bdielu, issa li qiegħed fil-Gvern.