Il-vit tal-flus taħt investigazzjoni ?

Għamlet tajjeb il-Kummissjoni Elettorali li waqqfet Bord biex jinvestiga l-allegazzjonijiet dwar nuqqas ta osservanza tal-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi.

Bla dubju, l-kummissjoni innifisha għandha diffikultá biex taġixxi u dan minħabba l-mod kif inhi komposta.

Il-Kummissjoni għandha quddiemha tlett każi xtinvestiga.

L-ewwel kaz hu dak li ressqet l-Alternattiva Demokratika dwar l-użu mill-Grupp Parlamentari Laburista ta propjetá pubblika għal-laqgħat tiegħu. Bmod partikolari dwar l-użu riċenti tal-Palazz tal-Girgenti għal laqgħa tal-grupp.

It-tieni kaz imressaq mill-Partit Laburista hu dak dwar id-donazzjonijiet mill-kumpaniji ta Silvio Debono li qed jingħad li ġew moħbija taħt invoice jew invoices foloz u li għaddew għand il-kumpanija Media Link Communications tal-Partit Nazzjonalista.

It-tielet kaz hu dak li ressaq il-PN li hu huwa dwar kif numru mdaqqas ta persuni li jagħtu kontribut sostanzjali fil-media tal-Partit Laburista huma impjegati mal-Gvern jew korpi governattivi bmod li jidher li dawn qed jitħallsu mill-Gvern waqt li qed jagħmlu xogħol għall-partit!

Bejniethom dawn it-tlett kazi li għandhom ikunu investigati jmissu firxa wiesgħa tal-ħajja pubblika u kull konklużjoni li l-investigazzjoni tista tasal għaliha ser ikollha konsegwenzi gravi.

Nistennew li kulħadd jagħmel dmiru.  

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s