Mhux kulħadd bħal Salvu

Għamel tajjeb il-Kap tal-Opposizzjoni li rrefera t-trasferiment tal-art fPembroke fejn hemm l-Istitut għall-Istudji Turistiċi għand l-Awditur Ġenerali għal investgazzjoni, għax dan hu trasferiment li fih bosta irregolaritajiet.

Ftit ħin wara li Simon Busuttil għamel id-dikjarazzjoni li ser imur għand l-Awditur Ġenerali huwa irċieva SMS li biha ċ-CEO tal-kumpaniji ta Silvio Debono talbu lura l-flus li kienu ngħataw bħala donazzjoni lill-PN. Hu ċar għal kulħadd li dan mgħamlux brispett lejn il-liġi, jew minħabba li jrid is-serjetá, iżda bi tpattija immedjata. Kuntrarjament għal dak li qal il-Kap tal-Opposizzjoni dan ma kienx rikatt iżda ritaljazzjoni għal dak li kien diġa intqal.

Imma bħala riżultat ta din ir-ritaljazzjoni min-naħa ta Silvio Debono, sirna nafu mingħand l-istess Debono li fl-2016 huwa kien intalab jagħmel ħlasijiet ta 70,800 għal servizzi li ma kellux bżonn imma li kienu ser iservu għall-ħtiġijiet ta Partit Nazzjonalista. Debono żied jgħid li tħejjew invoices u ħallashom.

Ħadd ma jista jeħodha kontra l-Kap tal-Opposizzjoni li mar għand l-Awditur Ġenerali biex dan jinvestiga dak li jidhru li huma irregolaritajiet kbar. Imma bla dubju dan il-pass tajjeb ta Simon Busuttil ma jikkanċellax l-abbużi li qed ikun allegat li saru dwar donazzjonijiet lill-Partit Nazzjonalista li ukoll jeħtieġu li jkunu investigati.

Huwa ovvju li Debono mhux qed jitkellem għax iħobb l-ordni, is-serjetá u l-osservanza tal-liġi. Imma jekk dak li qed jgħid Debono seħħ, u nistennew li jkunu prodotti l-provi dwar dan, dan huwa abbuz gravi u jeħtieġ li jkun investigat.  Dan mhux tfettieq kif qed jippruvaw jgħidu xuħud.

Jekk dak li qed jgħid Debono seħħ ifisser li nkisru l-iktar prinċipji bażiċi tal-liġi dwar il-Finanzjament tal-Partiti Politiċi. Nistenna li ma ndumux ma naraw kopja tal-irċevuti u l-kontijiet li nħarġu biex jiġġustifikaw il-ħlas.

L-istorja ma tieqafx hawn. Għax dan kollu għandu konsegwenzi li m’humiex żgħar.

Jekk ippruvat, dan ifisser li l-Partit Nazzjonalista jipprietka s-serjetá fil-pubbliku, imma imbagħad, fejn ma jidhirx, jagħmel mod ieħor.

Jekk ippruvat dan ifisser li hi illużjoni li naħsbu li wara dawk l-uċuħ mimlija qdusija hemm min għandu rieda tajba.

Ifisser fuq kollox li filwaqt li qatt mgħandna nagħlqu l-bibien għal ħadd, irridu noqgħodu bseba għajnejn il-ħin kollu għax bejn dak li jidher u dak li hemm fil-fatt tezisti differenza kbira.

Għax kif tista tippreżenta front wieħed u magħqud kontra l-korruzzjoni jekk min jilgħaba tal-paladin tal-imġieba tajba jgħid mod fid-deher u jagħmel ieħor meta ma jidhirx. Mhux kulħadd għandu fiduċja għamja f’Simon Busuttil bħalma għandu Salvu. Dak jaħseb li l-maħmuġ jista xi darba jirreklama l-indafa. Erħilu li sa ftit ilu kien konvintissimu li mhemmx xtagħżel bejn il-PN u l-PL. Imma issa ikkonverta u donnu nesa’ kollox.

Dak li naraw bgħajnejna u mmissu bidejna ma nistgħux ninjorawh. Il-ħmieġ jibqa’ ħmieġ, jagħmlu min jagħmlu. Imma meta jitwettaq minn min jagħmel il-ġurnata kollha jipprietka l-indafa, tajjeb ukoll li jkun ċar li mhux qed jirnexxielu jgħaddina biżżmien.