Joseph Church : waħdu fin-nofs

 

 

Is-Sur Joseph Church hu l-Kummissarju Elettorali Ewlieni. Huwa uffiċjal pubbliku. Jmexxi l-Kummissjoni Elettorali magħmula minn 9 membri: 4 nominati mill-Prim Ministru, 4 oħra nominati mill-Kap tal-Opposizzjoni flimkien mas-Sur Joseph Church.

Meta l-Gvern ippreżenta l-abbozz ta liġi dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi mill-ewwel insista li l-awtoritá li kellha tieħu ħsieb it-twettiq ta dawn l-obbligi kellha tkun il-Kummissjoni Elettorali. Il-Gvern insista dwar dan għax il-konsulent legali tiegħu Franco Debono repetutament insista dwar dan. Kienu jgħidu li hekk hi l-liġi Ingliża!

Alternattiva Demokratika dejjem insistiet li kien żball li din ir-responsabbiltá titqiegħed f’ħoġor il-Kummissjoni Elettorali għax din, minħabba l-komposizzjoni tagħha, fl-iktar mumenti kritiċi tieħu posizzjoni partiġġjana biċ-Chairman fin-nofs irid jiddeċiedi prattikament hu l-iktar kwistjonijiet jaħarqu.

Franco Debono u Owen Bonnici kienu jgħidu li l-Kummissjoni Elettorali dejjem mexxiet tajjeb l-elezzjonijiet kollha li kellha l-inkarigu li tmexxi. Dawn forsi qatt ma irrealizzaw li l-liġijiet elettorali tant huma dettaljati li l-Kummissjoni Elettorali ftit għandha fejn tiċċaqlaq u anke kieku riedet kważi qatt ma setgħet tagħti deċiżjonijiet differenti milli tat!

Fuq kollox il-Kummissjoni Elettorali Ingliża hi komposta bmod differenti u fiha persuni li huma verament indipendenti. Il-Kummissjoni Elettorali Maltija għandha tmienja minn disa membri li mhumiex u l-anqas qatt ma jistgħu jkunu indipendenti, avolja huma lkoll persuni serji. Hemm ta’ l-inqas tlieta minnhom li kienu kandidati felezzjonijiet ġenerali. Hemm min minnhom anke illum hu direttur ta Korpi Parastatali nnominat mill-Gvern!

Fdawn iċċirkustanzi Alternattiva Demokratika kienet ipproponiet li l-awtoritá dwar il-finanzjament tal-partiti għandha tkun fil-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika li l-Liġi dwaru ġiet approvata riċentement.

Wara xi żmien li Alternattiva Demokratika kienet ħarġet bdin il-proposta, il-Partit Nazzjonalista ukoll kien ħareġ idoqq l-istess diska. Imma l-Gvern webbes rasu.

Mela illum tiddeċiedi l-Kummissjoni Elettorali.

Immaġinaw ftit xinhi l-posizzjoni tal-Kummissjoni meta titalab tinvestiga liżżewġ partiti l-kbar. Diġa hawn l-ewwel każijiet u hemm d-diffikultajiet. It-Times qed tirrapporta li wara li ġie diskuss il-każ tal-invoices tal-PN/Silvio Debono hemm membri tal-Kummissjoni li qed joġġezzjonaw li l-Kummissjoni Elettorali tkun hi li tinvestiga u taqta l-każ.

Ovvja, 4 jaqblu u 4 ma jaqblux. U jispiċċa jiddeċiedi ċ-Chairman is-Sur Joseph Church, waħdu, war li jkun qies il-parir legali li jirċievi.

Dan kollu seta jkun evitat kieku l-Gvern ta każ tal-fehma ta Alternattiva Demokratika li kienet ippreżentata bil-miktub kemm meta ħarġet il-White Paper kif ukoll iktar tard meta ħareġ l-abbozz ta liġi.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s