Qalulna li l-PN mhux għall-bejgħ.
Imma fl-istess waqt li fil-pubbliku l-PN kien għaddej gas-down bi kritika qawwija kontra l-proġett ta’ Silvio Debono fuq is-sit presentement użata mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi kienu qed jimpalaw ammonti sostanzjali ta’ euros mingħand Silvio Debono nnifsu.
Silvio Debono, b’Mario de Marco konsulent legali u Francis Zammit Dimech għal xi żmien direttur ta’ waħda mill-kumpaniji tiegħu xejn ma iddejjaq jagħti dawn id-donazzjonijiet, sal-bieraħ ……. meta talab flus lura.
U Simon Busuttil stagħġeb! Għax issa ċċartet il-maskra tal-ipokrezija.
Mhux ovvja li l-PN mhux għall-bejgħ? Jidher li ilu żmien li inbiegħ.
Imma dan kollu jfisser ukoll li jekk Silvio Debono kien lest li jagħti dawn id-donazzjonijiet kollha lill-PN waqt li dawn kienu għaddejjin jikkritikawh bil-qawwa kollha, min jaf kemm impala euros lill-Partit Laburista li fil-Gvern ftiehem miegħu.
€2,000 qalu li ħadu. Min jaf kemm il-zero oħra hemm wara dik iċ–ċifra!
Ovvja li t-tnejn li huma mhux għall-bejgħ. Ilhom żmien twil mibjugħa bl-irċevuta b’kollox!
Kemm jaħsbuna bċieċen!