Marlene bħal stenbħet …………… u Salvu Mallia?

 marlene-farrugia-simon-busuttil      salvu-mallia

Marlene Farrugia bħal stenbħet u ndunat li l-PN kien qed jgħaddiha biżżmien. Inqeda biha fid-dimostrazzjonijiet kontra l-korruzzjoni u favur il-governanza tajba. Waqt li Simon Busuttil kien qiegħed jippontifika dwar il-governanza tajba, il-partit tiegħu kien fl-istess ħin qiegħed jitliegħeb quddiem Silvio Debono biex dan jimpalalu l-euros biex jitħallsu l-pagi tal-partit. Marlene għaġġlet u żbaljat.

Il-maskra tal-ipokrezija politika tal-Partit Nazzjonalista, issa inkixfet u Marlene tħossha li ġiet ittraduta. L-ewwel ittradiha Joseph u issa reġgħet ingidmet minn Simon. Donna ma titgħallem qatt!

Xgħandu xi jgħid Salvu Mallia li illum hu parti mill-PN għax bela il-kliem kollu li qal kontra żżewġ partiti l-kbar meta fdaqqa waħda ħass li l-PN kien ippurifikat. Salvu Mallia fetaħ il-kanuni fuq Mario de Marco. Issa xser jgħidilna fuq l-ipokrezija politika ta Simon Busuttil. Għax issa qiesu immuta.

Forsi issa jkun hemm iktar min jifhem kemm kellha raġun Alternattiva Demokratika li ma ħaditx sehem fid-dimostrazzjonijiet li organizza l-PN. Iżżmien tana raġun, sfortunatament, li l-PN ma tistax tafdah kif għamlu Salvu Mallia u Marlene Farrugia.

Il-Partit Nazzjonalista għall-bejgħ? Tridtx tmur! U l-Labour?

 euros-loads-of-money

Qalulna li l-PN mhux għall-bejgħ.

Imma fl-istess waqt li fil-pubbliku l-PN kien għaddej gas-down bi kritika qawwija kontra l-proġett ta Silvio Debono fuq is-sit presentement użata mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi kienu qed jimpalaw ammonti sostanzjali ta euros mingħand Silvio Debono nnifsu.

Silvio Debono, bMario de Marco konsulent legali u Francis Zammit Dimech għal xi żmien direttur ta waħda mill-kumpaniji tiegħu xejn ma iddejjaq jagħti dawn id-donazzjonijiet, sal-bieraħ ……. meta talab flus lura.

U Simon Busuttil stagħġeb! Għax issa ċċartet il-maskra tal-ipokrezija.

Mhux ovvja li l-PN mhux għall-bejgħ? Jidher li ilu żmien li inbiegħ.

Imma dan kollu jfisser ukoll li jekk Silvio Debono kien lest li jagħti dawn id-donazzjonijiet kollha lill-PN waqt li dawn kienu għaddejjin jikkritikawh bil-qawwa kollha, min jaf kemm impala euros lill-Partit Laburista li fil-Gvern ftiehem miegħu.

2,000 qalu li ħadu. Min jaf kemm il-zero oħra hemm wara dik iċċifra!

Ovvja li t-tnejn li huma mhux għall-bejgħ. Ilhom żmien twil mibjugħa bl-irċevuta bkollox!

Kemm jaħsbuna bċieċen!