Min ħallas il-pagi tal-PN ?

money-back-050356

 

Il-Kumpanija ta Silvio Debono qed tgħid li l-Partit Nazzjonalista talab li tagħti donazzjoni biex ikunu koperti s-salarji tas-Segretarju Ġenerali u tas-CEO tal-Partit.

Issa fil-passat riċenti konna smajna jingħad dwar kemm huma is-salarji ta dawn iżżewġ uffiċjali. Madwar 60,000 (sittin elef euro) fis-sena r-ras.

Issa jkun interessanti jekk huwiex veru jew le li ngħataw dawn id-donazzjonijiet. Għax fkaz li hu veru hemm problema kbira. Partit politiku ma jistax jirċievi donazzjoni ta iktar minn 25,000 (ħamsa u għoxrin elf euro) fis-sena mill-istess sors u dan skond il-paragrafu (e) tal-artiklu 34 tal-Att dwar il-Finanzjament tal-Partiti Politiċi.

Xinhu jiġri?

artiklu-34a

 

artiklu-34e

(Att dwar il-Finanzjament tal-Partiti Politiċi : parti mill-artiklu 34)

 

 

 

 

Simon Busuttil u d-dmugħ tal-kukkudrilli

Id-dikjarazzjoni ta Simon Busuttil dal-għodu li mhuwiex ser jittollera sitwazzjoni ta kunflitt ta interess bejn il-prattika professjonali tal-Membri Parlamentari Nazzjonalisti u r-responsabbiltajiet parlamentari tagħhom hi pass importanti l-quddiem.

Imma dan hu kollu dmugħ tal-kukkudrilli. Issa wara li nqabdu, qed ixerrdu d-dmugħ tad-dispjaċir. Għax inqabdu, u għall-ebda raġuni oħra.

Dan kien kollu antiċipabbli li jiġri. Min jaf kemm-il darba ġara u ħadd ma qal xejn għax ħadd ma nduna. Inkella kien hemm min ipprova jmewwet kollox bħalma ġara dwar s-sehem ta diversi viċin tal-PN li minkejja li tkellmu kontra l-bejgħ tal-passaporti kienu minn ta quddiem biex joffru s-servizzi tagħhom ta aġenti. Għax huma ukoll għandhom dritt jieklu, mhux hekk?

Ovvjament issa Simon Busuttil qiegħed jieħu passi sodi għax inqabad li kien laxk wisq fl-insistenza għal standards ta imġieba korretta fil-grupp parlamentari tiegħu.

Aħna fAlternattiva Demokratika ilna nitkellmu dwar dan. Uħud minnhom, imma, qieshom mejtin bil-ġuħ.

Nibdew niċċaqalqu ftit meta naqblu li wasal iżżmien li l-ebda membru tal-parlament ma jkun jista jagħmel xogħol ieħor ħlief dak tal-parlament. Spiċċa żżmien tal-parlament tad-dilettanti.

Li Mario de Marco mhux ser jibqa involut fil-kaz tal-Lukanda Hardrock ta Silvio Debono (u l-iżvilupp assoċjat magħha) hu pass il-quddiem, avolja ġie ħafna tard. Forsi fl-aħħar qed jagħrfu l-kitba fuq il-ħajt.