Beppe u Mario : ma jistax ikollkom saqajkom fuq iż-żewġ naħat.

 beppe-mario

 

Ir-rapport tal-inkjesta dwar l-investigazzjoni fuq l-aġir tal-Pulizija meta dawn kienu qed jinvestigaw kaz ta ħasil ta flus u tfaċċa isem Beppe Fenech Adami, issa ġie ippreżentat.

Ir-rapport tal-inkjesta iwieġeb il-mistoqsija ċentrali tal-istess inkjesta fis-sens li ma instabet l-ebda prova li kienet tindika li Beppe Fenech Adami indaħal bxi mod biex l-investigazzjoni waqfet. Beppe Fenech Adami fil-fatt qal li l-anqas biss jaf li kienet għaddejja din l-investigazzjoni.

Imma jibqa mistoqsijijiet mhux inwieġba tant li ġustament il-pulizija intalbet tinvestiga iktar fil-fond. Sa hawn tajjeb.

Jibqa mistoqsija oħra li l-ebda inkjesta mhi ser twieġeb. Il-mistoqsija hi : kemm hu etiku li politiku jinvolvi ruħu bħala Direttur ta kumpanija fejn l-attivita reali ma tkunx maghrufa? Din hi mistoqsija li Beppe qatt ma wieġeb.

Mhiex problema biss għall-politiku imma hi problema għal kull professjonist. Imma għall-politiku hi problema ikbar.  

Il-problema tal-etika bejn il-prattika professjonali u l-impenn politiku hu wieħed ċar fl-informazzjoni li ħarget dwar l-involviment professjonali ta Mario Demarco bħala konsulent legali tal-kumpanija ta Silvio Debono tal-Mellieħa li ħadet l-art tal-ITS fPembroke.

Anke Mario Demarco għandu problema serja etika għax donnu ma jistax jagħżel bejn l-impenn politiku u l-professjoni legali. Fi ftit kliem ma jistax ikollok saqajk fuq iżżewġ naħat.

Jew tagħmel il-flus inkella tagħmel il-politika.

Advertisements

One comment on “Beppe u Mario : ma jistax ikollkom saqajkom fuq iż-żewġ naħat.

  1. Jibqa’ mistoqsija oħra li l-ebda inkjesta m’hi ser twieġeb. Il-mistoqsija hi : kemm hu etiku li politiku jinvolvi ruħu bħala Direttur ta’ kumpanija fejn l-attivita reali ma tkunx maghrufa? Din hi mistoqsija li Beppe qatt ma wieġeb.

    I would have gone a little bit further and ask, a little brutally people may think, Is Beppe Fenech Adami or anybody else in the same position doing this job for love or for money? If the latter is the case, then there can be no excuses about not knowing what “the company” is up to and what scrutiny it may be under. On the wider “ethical” question, the question of payment does not arise. If one does not know what the real business of “the company” is, then you should not lend your name as director.
    It does seem to be the case that most financial services companies are not exactly models of “transparency”. That includes the oddly-name fiduciary companies, most of which I would not have “faith” in at all.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s