Simon Busuttil u Bunga Bunga Berlusconi

 

 

Il-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew li l-PN organizza fMalta ġieb xi karattri li jċajpru ftit il-messaġġ li qed jipprova jwassal il-PN li wara kollox huwa abjad iktar mis-silġ.

Bunga Bunga Berlusconi iktar kont nistħajjel li ġej għal xi summit ma Chris Cardona milli għall-kungress tal-PPE. Dan apparti l-esperjenza tiegħu fl-evażjoni tat-taxxa! 

Ovvjament, il-PN dejjem kien jaf jagħżilhom lill-ħbieb tiegħu!

Alleanza Elettorali: m’hemmx għaġġla

 

Id-dibattitu pubbliku dwar jekk, meta u kif għandha tkun żviluppata alleanza elettorali bejn Alternattiva Demokratika u l-Partit Nazzjonalista qabad ritmu sewwa fuq il-media soċjali matul il-ġimgħa li għaddiet. Dan seħħ l-iktar bħala riżultat  tal-intervista ta’ Michael Briguglio fuq din il-gazzetta l-ġimgħa l-oħra.

Il-veduti ta’ Michael Briguglio, bla dubju, jirriflettu l-esperjenzi tiegħu u jwassluh għall-konklużjoni li t-toroq li jippuntaw lejn alleanza elettorali (jew kif ġieli nirreferu għaliha, koalizzjoni) għandhom ikunu eżaminati sewwa u mingħajr wisq dewmien. Jiena m’għandi l-ebda għaġġla. Dan qed ngħidu minħabba li l-imġieba tat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista hi ta’ tħassib mhux żgħir u li bħala riżultat ta’ dan qed nifforma l-opinjoni li wara kollox jista’ jkun li dan mhux il-mument addattat għal inizjattiva ta’ din ix-xorta.

Il-kobba mħabbla dwar id-donazzjonijiet li qed tiżviluppa bejn il-Partit Nazzjonalista u Silvio Debono tad-db Group tirrikjedi li jitqegħdu l-karti kollha fuq il-mejda biex ikun assigurat li l-fatti kollha huma magħrufa. Kemm hu veru li l-PN irċieva donazzjonijiet moħbija bħala ħlas għal serviżżi li ma nagħtawx u dan billi għamel użu mill-kumpanija kummerċjali tiegħu?  Apparti l-grupp db kemm-il entitá kummerċjali oħra hemm li għamlet din it-tip ta’ donazzjoni moħbija lill-PN?  Dan kollu ma jmurx kontra dak li l-PN ilu jgħid żmien dwar is-suppost tmexxija serja li jrid?  Allura jekk anke fuq xi ħaġa bażika bħas-serjetá fit-tmexxija l-PN jgħid ħaga u jagħmel oħra kif qatt nistgħu nemmnu u nagħtu piż lil dak li jgħid il-PN dwar prinċipji u kwalunkwe xorta ta’ proposta politika?

Hemm diversi materji oħra li jinvolvu l-imġieba ta’ membri parlamentari ewlenin tal-Partit Nazzjonalista li dwarhom tinħtieġ li tingħata spjegazzjoni.

Per eżempju d-dikjarazzjoni ta’ Claudio Grech li ma jiftakarx jekk qatt iltaqa’ ma George Farrugia, u dan fil-kuntest tal-iskandlu taż-żejt, xejn ma tikkonvinċi. L-aċċettazzjoni da parti tal-Kap tal-Opposizzjoni ta’ din id-dikjarazzjoni tixhed dubju fuq kemm qiegħed jiffunzjona l-kumpass etiku tant meħtieġ u essenzjali għal min appunta lilu nnifsu fit-tmexxija tal-koalizzjoni kontra l-korruzzjoni.

L-anqas ma huma ċari l-affarijiet fejn jidħol ir-rwol ta’ Beppe Fenech Adami fil-Capital One Investment Group u l-Baltimore Fiduciary Services. F’sitwazzjoni kważi identika, Joe Cordina, dakinnhar Teżorier tal-Partit Laburista, kien imġiegħel jirreżenja.

Min-naħa l-oħra Mario de Marco għamel apoloġija pubblika dwar il-ġudizzju żbaljat tiegħu meta huwa aċċetta l-inkarigu mill-Grupp db dwar l-akkwista ta’ l-art f’Pembroke fejn illum hemm l-Istitut għall-Istudji Turistiċi. F’dawn iċ-ċirkustanzi, bla ebda dubju, apoloġija mhux biżżejjed.

Irridu nikkunsidraw ukoll il-villa proposta biex tinbena barra miż-żona tal-iżvilupp minn Toni Bezzina kelliemi għall-agrikultura tal-PN u  flimkien ma oħrajn awtur tad-dokument dwar il-politika “ġdida” ambjentali tal-PN. Proposta li tmur kontra dak kollu li kien propost fid-dokument. Il-Kap tal-Opposizzjoni flok ma tajru immedjatament ipprova jeħilsu billi qal li “ma għamel xejn ħażin.

Meta tqies kollox, tista’ tifhem aħjar kemm it-tmexxija tajba u l-iġieba etika huma bosta drabi nieqsa fost l-Opposizzjoni. Kull wieħed minn dawn il-kazijiet, anke jekk meqjus għalih waħdu, kien ikun iktar minn biżżejjed biex tkun xkupata l-barra t-tmexxija kollha tal-Opposizzjoni.

Kif tista’ Alternattiva Demokratika taħdem favur alleanza elettorali ma’ partit politiku li t-tmexxija tiegħu hi kompromessa b’dan il-mod u għandha daqstant x’tispjega dwar l-imġieba tagħha? Kif jista’ l-Partit Nazzjonalista jippretendi t-tmexxija morali ta’ koalizzjoni kontra l-korruzzjoni qabel ma jagħti spjegazzjoni konvinċenti tal-imġieba tal-esponenti ewlenin tiegħu? Il-fatt li l-Partit Laburista għandu ħafna iktar x’jispjega mhu ta’ l-ebda konsolazzjoni u bl-ebda mod ma jiġġustifika l-imġieba tal-Opposizzjoni.

Il-mintna li jinsab fiha pajjiżna hi riżultat dirett tat-tmexxija tal-Partit Laburista tul dawn l-aħħar erba’ snin. Imma hi ukoll riżultat tas-sistema ta’ żewġ partiti politiċi li iktar ma tispiċċa malajr, iktar aħjar għal kulħadd. Is-sistema ta’ żewġ partiti li kkontrollat il-makkinarju tal-istat bla interruzzjoni mill-1966 sal-lum hi responsabbli ukoll għas-sitwazzjoni attwali. Dan minħabba li bħala konsegwenza tat-tip ta’ Parlament li ġie elett kien prattikament impossibli (b’xi eċċezzjonijiet żgħar) li dan jeżamina b’reqqa l-ħidma tal-Gvern b’mod li jkun imġiegħel jagħti kont ta’ egħmilu bis-serjetá.

Filwaqt li l-ħolqien ta’ alleanza elettorali tista’ tkun ta’ ġid għall-pajjiż, iċ-ċirkustanzi preżenti ma naħsibx li jipprovdu l-mument addattat. Il-bibien għad-diskussjoni Alternattiva Demokratika żżommhom dejjem miftuħin imma bħalissa hu l-mument li wieħed joqgħod attent biex ikun evitat li jingħataw messaġġi żbaljati.

Huwa biss meta jkunu ċċarati l-affarijiet li jkun il-mument addattat biex jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-jekk u l-kif ta’ alleanza elettorali.

Ippubblikat fuq Illum : 26 ta’ Marzu 2017

Electoral Alliance : a cautious approach

The public debate on whether, and to what extent, it is appropriate to have an electoral alliance between Alternattiva Demokratika and the Nationalist Party has been in full swing on social media during the past week, fuelled as it was by Michael Briguglio’s interview on the Maltese weekly Illum last Sunday.

Michael Briguglio presented his views, no doubt based on his experiences and perceptions, concluding that the avenues leading to an electoral alliance (at times also referred to as a coalition) should be explored without delay. The fact that the ethical behaviour of leading members the PN Opposition leaves much to be desired necessitates more caution. There is no need to rush.

The political party donation mess in which the PN and Silvio Debono of the db Group are entangled requires full disclosure in order to ascertain the precise facts. Has the PN (illegally) avoided the provisions of the political party financing legislation through the channelling of funds to its commercial arm under the guise of payment for (fake) services? Is the db Group “donation” a one-off, or is it one of a number?

Wouldn’t this give the lie to the PN’s declared commitment to good governance? If such a basic issue in the PN’s electoral platform is just paying lip service, how can one give weight to any PN declaration of adherence to principle or policy of whatever form or shape?

There are other issues related to the behaviour of senior PN MPs which need clarification.

For example, Claudio Grech’s declaration that he does not recollect ever meeting George Farrugia with reference to the oil sales scandal, is not convincing at all. The acceptance of Claudio Grech’s declaration by the Leader of the Opposition throws considerable light on the functionability of the ethical compass which is an essential tool for the self-appointed leader of an anti-corruption coalition!

Nor are matters on Beppe Fenech Adami’s role in the Capital One Investment Group/Baltimore Fiduciary Services any clearer. In quasi similar circumstances, Joe Cordina, former Labour Party Treasurer was forced to resign.

Mario DeMarco has made a public apology on his error of judgement, which error of judgement was made when accepting the brief of the db Group relative to its acquisition of the land at Pembroke, currently hosting the Institute for Tourism Studies, fro the government. Fine, but apologies are certainly not enough.

One has also to consider the proposed ODZ Villa which Toni Bezzina, PN spokesperson on agriculture and co-author of the PN policy document,  sought to develop contrary to both letter and spirit  of the policy document he had just proposed. The Leader of the Opposition instead of dismissing him on the spot absolved him as “he had done nothing wrong”.

Taken together, the above shed considerable light on the extent to which “good governance” and “ethical behaviour” is often absent in the Opposition’s ranks. In any other democratic country, each one of the above, even if considered separately, would have been more than enough to wipe out the whole Opposition leadership.

Can Alternattiva Demokratika forge an electoral alliance with a political party whose leading members are so compromised and have so much to explain as to their behaviour? Moreover, how can the PN claim moral leadership in a coalition against corruption before it gives satisfactory explanations on the behaviour of its leading exponents? The fact that the Labour Party has even much more to explain is no justification for the Opposition’s behaviour.

The mess in which the country is currently submerged, the direct result of Labour Party stewardship over the past four years, is also the direct consequence of a two-party system which needs to be smashed to smithereens. The two- party system which has controlled the machinery of the state uninterruptedly since 1966 is ultimately responsible for the current state of affairs as it has continuously returned a Parliament which, due to its composition, has, with insignificant exceptions, been unable to hold the government of the day to account.

While the setting up of an electoral alliance could eventually be beneficial to the country, in the present circumstances it is not the right time to rush. At this point in time, linking Alternattiva Demokratika to the PN through an electoral alliance may send wrong messages.

While Alternattiva Demokratika will never close the doors to possible discussions on an electoral alliance, I believe that it is certainly the season to be extremely cautious until such time as the murky waters have cleared. It is only then that the time would be ripe for the necessary decisions.

Published in The Malta Independent on Sunday – 26 March 2017

Triq Durumblat : ħdejn it-Torri Cumbo Mosta

 

ø

 

Durumblat hu (jew kien) isem ta qasam art bejn il-Mosta u Ta Vnezja li jibqa tiegħla lejn l-Imdina. Il-kelma Durumblat, jgħidilna Erin Serracino-Inglott fil-kapulavur tiegħu Il-Miklem Malti  trid tfisser ħotba fil-blat.

Imma din il-ħotba fil-blat ftit għadha tidher bil-bini sfrenat li tela tul is-snin.

Issa fl-aħħar forsi ser nieqfu biex naħsbu ftit dwar xinhu jiġri. Id-deċiżjoni tal-bieraħ tal-Awtorità tal-Ippjanar li tirrifjuta l-applikazzjoni biex art fil-periferija tal-Mosta tkun żviluppata bmod intensiv toffri tama li s-sens komun fl-ippjanar għall-użu tal-art fpajjiżna għadu ma intilifx għal kollox. L-applikazzjoni PC 039/09 kienet biex ikun determinat xtip ta żvilupp hu permissibbli fuq art tal-qies ta 38,600 metru kwadru ħdejn it-Torri Cumbo l-Mosta.

Il-bierah jiena kont preżenti għas-seduta tal- Awtoritá u fisem residenti fl-inħawi tkellimt kontra din l-applikazzjoni.  Fissirt kif l-iżvilupp propost hu wieħed massiv u li kien neċessarju li jkun magħruf, permezz ta studji apposta, xinhu l-impatt, mhux biss ta dan l-iżvilupp iżda ukoll fuq l-impatt kumulattiv. Jiġifieri meta tqis kemm l-impatt tal-bini eżistenti u żżid miegħu l-impatt tal-bini ġdid propost.

Jiena konxju li l-istorja mhux ser tieqaf hawn. Id-deċiżjoni żbaljata favur l-iżvilupp ilha li ttieħdet sa mill-2006 meta l-Parlament iddeċieda li madwar żewġ miljun metru kwadru ta art fil-periferija tal-ibliet u l-irħula tagħna jingħataw għall-iżvilupp. Dakinnhar kienu qalu li dan kien eżerċizzju ta razzjonalizzazzjoni. Imma jiddispjaċini ngħid li hu kollox barra razzjonali!

Huwa neċessarju li qabel ma din l-applikazzjoni tkun ikkunsidrata mill-ġdid, kif inevitabilment ser jiġri, ikun ikkunsidrat bir-reqqa l-impatt soċjali, ekonomiku u ambjentali ta dan l-iżvilupp massiċċ. Hemm ħtieġa li jsiru l-istudji neċessarji li jikkwantifikaw dan l-impatt kif ukoll li jkunu identifikati miżuri ta mitigazzjoni. 

Fost oħrajn għandna niftakru li l-aħħar ċensiment li sar fl-2011 kien żvela li minn 8359 residenza fil-Mosta, 16.2% kienu vakanti u 3.2% oħra kienu użati okkazjonalment. Dan waħdu diġa huwa raġuni valida biżżejjed li minħabba fiha dan it-tip ta żvilupp għandu jkun skoraġġit.

Għandu jkun ikkunsidrat ukoll li għall-futur, il-kunsiderazzjoni ta applikazzjonijiet ta din ix-xorta għandhom ikunu akkumpanjati minn miżuri innovattivi ta ħarsien ambjentali fosthom l-obbligu tal-ġenerazzjoni ta elettriku mix-xemx btali mod li kull waħda mill-units reżidenzjali permessi tkun carbon neutral.

Din id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar, hi lezzjoni għall-Gvern u l-Oppożizzjoni: wasal iżżmien li d-deċiżjoni stupida li kien ħa l-Parlament fl-2006 tkun reveduta. Mhux biss dwar l-art fil-Mosta iżda dwar kull wieħed miżżewġ miljuni metru kwadru li dakinnhar ingħataw għall-iżvilupp.

Alternattiva Demokratika hi kburija li tul dawn l-aħħar ħdax-il sena ma waqfitx titkellem fuq din il-materja u tistieden lill-Gvern u l-Oppożizzjoni biex jiftħu għajnejhom u jingħaqdu magħha biex din id-deċiżjoni ħażina tal-Parliament fl-2006 tkun indirizzata.

Il-koalizzjoni: x’jifhem biha l-PN

 

Hawn ħafna qed ipeċilqu bħalissa dwar il-ħtieġa li tkun iffurmata koalizzjoni bejn il-PN u l-AD u l-PD.

Fl-artiklu tiegħi ippubblikat fl-Independent on Sunday, intitolat Basics for Coalition Building jiena spjegajt b’mod ċar x’tifhem Alternattiva Demokratika meta tuża l-kelma koalizzjoni. X’jifhem il-PN nafu minn dak li jgħidulna dawk li iltaqgħu magħhom dwar is-suġġett.

Issa kien hemm wieħed li kiteb eżatt dak li għaddej minn moħħhom. Geoff Pisani Bencini kiteb kumment żgħir dwar intervista ta’ Michael Briguglio u qalilna x’qiegħed jintqal fiċ-ċrieki ta’ ġewwa tal-PN. Mhux diffiċli biex tifhem minn fejn ġew dawn il-ħsibijiet profondi. Huma in-negazzjoni kompleta ta’ xi tfisser koalizzjoni.

Hawn taħt qed nirriproduċi dak li kiteb bla kummenti. Forsi min qed jgħix fis-sħab iniżżel ftit saqajh mal-art u jifhem x’passata qed jgħadduh tal-PN:

Is-sistema politika għandha bżonn xokk qawwi

Ir-regolamentazzjoni tal-iffinanzjar tal-partiti politiċi hi ta’ importanza fundamentali fi kwalunkwe soċjeta demokratika. Sa minn meta twaqqfet fl-1989, Alternattiva Demokratika dejjem kienet fuq quddiem nett tinsisti biex il-Parlament japprova l-leġislazzjoni meħtieġa. U meta din il-leġislazzjoni ġiet, tajnieha merħba, avolja setgħet kienet ħafna aħjar.

L-Att dwar il-Finanzjament tal-Partiti Politiċi m’huwiex biss dwar il-finanzi tal-partiti politiċi. Jistabilixxi wkoll ir-regoli dwar ir-reġistrazzjoni tal-partiti mal-Kummissjoni Elettorali.  Huwa tabilħaqq ironiku li l-Partit Laburista li fil-parlament ippilota din il-leġislazzjoni, naqas milli jirreġistra ruħu sad-data stabbilita. B’dan il-fatt, għal xi raġuni li s’issa għadha mhiex magħrufa, bagħat messaġġ ċar li ried ibiegħed id-data li fiha jkun soġġett għar-regoli bħal ħaddieħor. Kellu żmien iktar minn biżżejjed biex jagħmel l-emendi tekniċi li kienu meħtieġa għall-istatut tiegħu. Imma kaxkar saqajh għal iktar minn sena.

Iktar kmieni din il-ġimgħa, il-Kummissjoni Elettorali ħabbret illi waqqfet Bord biex jjinvestiga l-allegazzjonijiet li irċeviet dwar nuqqas ta’ osservanza tal-Att dwar il-Finanzjament tal-Partiti Politiċi. Safejn hu magħruf saru tlett allegazzjonijiet.

L-ewwel allegazzjoni ta’ ksur tal-liġi saret minn Alternattiva Demokratika u kienet dwar il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista li saret fil-Palazz tal-Girgenti. Diġá ktibt dwar dan fil-ħarga tas-26 ta’ Frar ta’ Illum bl-artiklu intitolat Il-Palazz tal-Girgenti: bejn Gvern u Partit. Nhar il-Ġimgħa, Ralph Cassar, Segretarju Ġenerali ta’ Alternattiva Demokratika kien infurmat bil-miktub mill-Kummissjoni Elettorali li t-talba ta’ AD lill-Kummissjoni Elettorali biex ikun investigat l-użu mill-Grupp Parlamentari Laburista tal-Palazz tal-Girgenti kienet mgħoddija lill-Bord ta’ Investigazzjoni.

Tant drajna bl-użu u l-abbuż mill-partiti politiċi l-kbar ta’ propjetá pubblika li kultant ftit nagħtu kaz. Dan jista’ jkun meqjus bħala “abbuż żgħir” ħdejn l-oħrajn presentement fl-aħbarijiet, imma għandu jkun ċar li l-anqas l-iktar ksur minimu tal-liġi li tirregola l-finanzjament tal-partiti politiċi m’għandu jkun ittollerat.

It-tieni allegazzjoni kienet dik li qed jenfasizza l-Partit Laburista dwar id-donazzjonijiet ta’ Silvio Debono lill-Partit Nazzjonalista.  Silvio Debono kixef dak li ġara b’ritaljazzjoni ovvja għall-kritika li l-PN għamel għat-trasferiment tal-art f’Pembroke bis-soldi. Hija storja ta’ kontijiet possibilment foloz u donazzjonijiet illegali kif fissirt fl-artiklu tiegħi tal-Ħadd li għadda f’Illum. Il-kaz kollu jdur madwar l-eżistenza ta’ dawn il-kontijiet foloz li permezz tagħhom saru donazzjonijiet illegali lill-Partit Nazzjonalista u li għaddew għand il-kumpanija tal-Partit. Jekk il-bord li ser imexxi l-investigazzjoni jingħata dawn il-kontijiet “foloz” li Silvio Debono qal li ħallas fuq talba ta’ diriġenti tal-PN, diffiċli biex nifhem kif il-PN jista’ jevita li jerfa’ ir-responsabbiltá ta’ egħmilu.

It-tielet talba għal investigazzjoni saret mill-PN, kontra l-Partit Laburista. Din tirreferi għal numru ta’ ġurnalisti tal-ONE li ġew magħżula biex jokkupaw posizzjonijiet ta’ fiduċja f’diversi Ministeri jew awtoritajiet. L-ilment tal-PN (li għalkemm fih xi żbalji fl-ismijiet) naħseb li hu sostanzjalment korrett u jirreferi għall-prattika korrotta li biha l-media tal-Partit Laburista hi sussidjata permezz ta’ salarji li joħroġ l-istat, jiġifieri mit-taxxi li nħallsu.

Il-fatt li dawn it-tlett ilmenti/allegazzjonijiet ser ikunu investigati mill-Bord għall-Investigazzjonijiet maħtur mill-Kummissjoni Elettorali huwa pass ‘il quddiem. Kollox ser jiddependi minn dawk magħżula biex imexxu din l-investigazzjoni.

Is-sistema politika tagħna għandha bżonn xokk qawwi biex forsi tiġi f’sensiha. Għax kull wieħed mit-tlett ilmenti hu fil-fehma tiegħi ġustifikat u l-ebda wieħed ma jikkanċella lill-ieħor. Wasal iż-żmien li kemm il-Partit Laburista kif ukoll il-Partit Nazzjonalista jinġiebu f’sensihom biex jifhmu li anke huma soġġetti għall-liġi.

Imma forsi qed nistenna wisq mill-Bord Investigattiv!

ippubblikat fuq Illum : 19 ta’ Marzu 2017

Trid koalizzjoni?

 

Fintervista dal-għodu, ippubblikata fuq Illum, Michael Briguglio qalilna li Alternattiva Demokratika għandha tikkonsidra koalizzjoni mal-PN u mal-PD.

Huwa importanti li Briguglio ma jkunx interpretat ħażin. Ma qalx li għandu jkun hemm koalizzjoni. Imma li din għandha tkun ikkunsidrata.

Il-ħsieb ta Michael Briguglio hu wieħed ġenwin. Qed jżviluppa l-argument li s-saħħa tan-numri wieħed mgħandux jinjorha.

Imma hemm ħafna konsiderazzjonijiet oħra li għandhom isiru.

L-ewwel nett għandu jingħad li koalizzjoni ma tistax u mgħandiex issir a kwalunkwe kost.

Fiċċirkustanzi preżenti, ma jagħmilx sens li Alternattiva Demokratika tiċċappas mal-PN. Tal-inqas hemm il-ħtieġa li jkun ikkjarifikat it-taħwid li qed jirriżulta dwar il-finanzjament tal-PN minn Silvio Debono, u possibilment minn oħrajn ukoll.  Dan apparti ħafna inkonsistenzi oħra kemm dwar l-imġieba ta uħud fil-PN kif ukoll (inkonsistenzi) fil-politika tiegħu.

Dwar il-Partit Demokratiku ta Marlene Farrugia dawn kienu bdew jiddiskutu koalizzjoni mal-PN. Marlene tkellmet fdimostrazzjoni tal-PN u tat il-messaġġ li diġa qegħda fl-ixkora. Tant li fil-gazzetti kienu ġiebu l-aħbar li n-negozjati kienu avvanzati. Imma riċentment qalu li dawn in-negozjati bil-kemm bdew!  Ovvjament hemm min qed jistħi issa.

Koalizzjoni tirrikjedi ftehim fuq programm ta ħidma programm elettorali. Kif tista AD, fiċċirkustanzi preżenti tftiehem ma PN li hu imħawwad waħda sew?

Koalizzjoni, jekk issir bis-serjetá tieħu ħafna ħin u mhux ser issir fi ftit ħin lejliet l-elezzjoni. Hi process li jinbena ftit ftit u biċċa biċċa.

Trid koalizzjoni? It-tweġiba, ta l-inqas għalissa, hi, le grazzi. Jekk ikun għad baqa ħin naraw iktar tard meta jiċċaraw l-affarijiet.

Shock therapy to the political system

 

 

Regulation of the financing of political parties is of fundamental importance in any modern democratic society. Alternattiva Demokratika – The Green Party in Malta – has been at the forefront in campaigning for legislation since the day when it was founded way back in 1989. When legislation was finally brought forward it was welcomed, even though it could have been much better.

The Financing of Political Parties Act deals with more than just the financing of political parties. It also establishes the formalities on the basis of which political parties must register with the Electoral Commission. It is indeed ironic that the Labour Party, the political party which piloted this legislation through Parliament, failed to register by the date established in the legislation. In so doing the Labour Party – for some reason as yet unknown – sent an unmistakable message that it wanted to delay its being subject to regulation. It had more than ample time to adjust its Party Statute to bring it in line with the law, but it procrastinated for more than twelve months.

Earlier this week, the Electoral Commission announced that it would be setting up a Board to investigate allegations of breaches of the Financing of Political Parties Act that have been brought to its attention. As far as is known there are three such alleged breaches.

The first breach is that brought forward by Alternattiva Demokratika and involves the use of public property by the Labour Party Parliamentary Group for holding one of its recent meetings. I have already written about the matter in the 26 February edition of TMIS (Joseph tweets a selfie from Girgenti). On Friday the Secretary-General of Alternattiva Demokratika Ralph Cassar was informed in writing  that AD’s request for the Electoral Commission to investigate the use of the Girgenti Palace by the Labour Party Parliamentary Group will be taken in hand by the Investigation Board established for the purpose.

We are so used to the use and abuse of public property by the major political parties that it has, over the years, been considered a fait accompli, taken for granted. It may be a “minor abuse” compared to others in the news, but we cannot tolerate even the smallest breach of the provisions of the Financing of Political Parties Act.

The second breach is the one highlighted by the Labour Party regarding the Silvio Debono donations to the Nationalist Party. Silvio Debono has clearly spilled the beans in retaliation to the PN criticism of the ITS land at Pembroke being transferred for peanuts.  It is an issue of fake invoices and tainted donations as described in my article in this newspaper last week. The whole case rests on the existence of possible fake invoices by which illegal donations to the Nationalist Party could have been channelled through its commercial arm. If the investigating board is presented with the fake invoices, which Silvio Debono says he paid on prodding by senior members of the PN leadership, it is difficult to fathom how the PN can avoid carrying the responsibility for the matter.

The third breach has been highlighted by the PN, obviously against the Labour Party. It refers to a number of One journalists who have been selected to occupy positions of trust in various Ministries and authorities. The PN complaint list may have some mistakes, as some names are most probably erroneously listed, but I believe that it is correct to point out this corrupt practice through which the Labour Party media are being subsidised through state salaries – i.e. through the taxes that we pay.

The fact that these three alleged breaches will be investigated under the auspices of the Investigating Board appointed by the Electoral Commission is a step forward. However, it all depends on those selected to carry out the investigation.  I look forward to some shock therapy to the political system as I consider all three complaints to be justified. It is about time that both the Labour Party and the Nationalist Party are brought to their senses and made to realise that they, too, are subject to the law. But then, maybe I am hoping for too much from the Investigating Board!

published on The Malta Independent on Sunday – 19 March 2017

 

 

Mosta : 38,600 metri kwadri oħra għall-bini

 

ø

 

Iktar kmieni dal-għodu fkonferenza stampa fil-periferija tal-Mosta, ħdejn it-Torri Cumbo, Alternattiva Demokratika reġgħet semmgħet leħinnha dwar żvilupp żejjed u l-qerda tar-raba.

L-art li se tintmiss din id-darba fiha qies ta madwar 38,600 metru kwadru. Dwarha l-Awtorità tal-Ippjanar nhar it-Tnejn li ġej se tiddeċiedi dwar xtip ta żvilupp se jkun possibli fuqha.

L-aħħar ċensiment li sar fl-2011 kien żvela li minn 8359 residenza fil-Mosta, 16.2% kienu vakanti u 3.2% oħra kienu użati okkazjonalment. Allura għalfejn l-awtoritiajiet kontinwament jinkoraġġixxu żvilupp massiċċ?

Din hi medda oħra ta art li fl-2006 l-Gvern ta dakinhar kien iddeċieda li tista tinbena. Dakinhar il-Partit Laburista fil-Parlament kien ivvota kontra u l-Partit Nazzjonalista kien ivvota favur din il-qerda.

L-Awtorità tal-Ippjanar se tikkonsidra l-applikazzjoni PC 039/09 li biha fdin iżżona se jkun permess żvilupp ta tliet sulari u semi-basement bbini ta għoli ta 17.50 metru minn wiċċ it-triq. L-art hi mqassma fi 93 plot individwali u 8 biċċiet oħra ta art li sissa ma ġewx imqassma fi plots. Din l-art, meta tinbena tista iżżid numru konsiderevoli ta propjetajiet vojta ma dawk li diġa hemm.

Bħal din l-art hemm medded oħra ta art li kemm-il darba tkellimna fuqhom, inkluż fi Triq Dun Mikiel Xerri, fit-tarf ta Ħ’Attard.

Alternattiva Demokratika tistieden lill-Partit Laburista li fl-2006 ivvota kontra l-iżvilupp ta din l-art u oħrajn bħalha, biex ikun konsistenti u jieħu l-passi neċessarji, dejjem sakemm ma reġax bdielu, issa li qiegħed fil-Gvern.

Il-vit tal-flus taħt investigazzjoni ?

Għamlet tajjeb il-Kummissjoni Elettorali li waqqfet Bord biex jinvestiga l-allegazzjonijiet dwar nuqqas ta osservanza tal-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi.

Bla dubju, l-kummissjoni innifisha għandha diffikultá biex taġixxi u dan minħabba l-mod kif inhi komposta.

Il-Kummissjoni għandha quddiemha tlett każi xtinvestiga.

L-ewwel kaz hu dak li ressqet l-Alternattiva Demokratika dwar l-użu mill-Grupp Parlamentari Laburista ta propjetá pubblika għal-laqgħat tiegħu. Bmod partikolari dwar l-użu riċenti tal-Palazz tal-Girgenti għal laqgħa tal-grupp.

It-tieni kaz imressaq mill-Partit Laburista hu dak dwar id-donazzjonijiet mill-kumpaniji ta Silvio Debono li qed jingħad li ġew moħbija taħt invoice jew invoices foloz u li għaddew għand il-kumpanija Media Link Communications tal-Partit Nazzjonalista.

It-tielet kaz hu dak li ressaq il-PN li hu huwa dwar kif numru mdaqqas ta persuni li jagħtu kontribut sostanzjali fil-media tal-Partit Laburista huma impjegati mal-Gvern jew korpi governattivi bmod li jidher li dawn qed jitħallsu mill-Gvern waqt li qed jagħmlu xogħol għall-partit!

Bejniethom dawn it-tlett kazi li għandhom ikunu investigati jmissu firxa wiesgħa tal-ħajja pubblika u kull konklużjoni li l-investigazzjoni tista tasal għaliha ser ikollha konsegwenzi gravi.

Nistennew li kulħadd jagħmel dmiru.