Il-Palazz tal-Girgenti: bejn Gvern u Partit

girgenti-palace-2

Meta nhar it-Tlieta li għadda, jiena u Arnold Cassola iltqajna mas-Sur Joseph Church, il-Kummissarju Elettorali Ewlieni, tkellimna miegħu dwar il-Palazz tal-Girgenti u l-fatt li l-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista għamel użu minnu biex iltaqa hemm.

Għal uħud Alternattiva Demokratika qed tfettaq u tgħaġġibha. Jiena ma naħsibx li dan hu l-każ għax hemm prinċipju importanti ħafna fin-nofs: fejn hi l-linja li tissepara l-partit mill-gvern? Issa jiena konxju li hemm min mhuwiex interessat fil-prinċipji, għax għal uħud, dawn huma burokrazija żejda!

Għandu jkun hemm separazzjoni bejn il-Gvern u l-partit politku li jiffurmah, jew inkella dawn għandhom ikunu ħaġa waħda, jew kważi?  Din hi l-qalba tal-kwistjoni kollha li fil-fehma ta Alternattiva Demokratika teħtieġ li tkun ikkunsidrata battenzjoni kbira.

Il-liġi li tirregola l-finanzjament tal-partiti saret biex ikun hemm trasparenza. Saret ukoll biex tiġbed linja ċara dwar dak li jista jsir u dak li ma jistax isir, u dan permezz ta numru ta kontrolli.

Fost affarijiet oħra, l-Att tal-2015 dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi, fl-artiklu 34 tiegħu jgħid li partit politiku ma jistax jaċċetta donazzjoni minn sorsi tal-istat. Mhemmx kif u għaliex, iżda xejn, bla argumenti jew eċċezzjonijiet.

Issa donazzjoni għal-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi ma tfissirx biss li partit ikun irċieva għotja ta flus. Għax anke jekk jixtri jew jirċievi prodott jew servizz bi prezz ridott, partit politiku jkun qiegħed jirċievi donazzjoni, u l-valur tad-donazzjoni, fdan il-kaz tkun l-ammont li jkun tnaqqas mill-prezz jew mill-valur tal-oġġett jew servizz. Imma jekk partit politiku jirċievi prodott jew servizz bla ma jħallas xejn għalih ikun qiegħed jirċievi donazzjoni li tikkonsisti fil-valur sħiħ tal-oġġett jew servizz li jkun qed jirċievi.

Fil-kaz tal-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista li saret fil-Girgenti ġara preċiżament hekk. Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista ingħata servizz li kien jikkonsisti fl-użu tal-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Girgenti biex fih jiltaqgħu, il-bogħod mill-istorbju, u allura biex il-ħidma tagħhom setgħet tagħti l-frott ippjanat. Dan is-servizz ingħata lill-Partit Laburista mill-uffiċċju tal-Prim Ministru u dan ingħata bla ħlas. Minħabba li ngħata bla ħlas jitqies li huwa donazzjoni.

Il-Prim Ministru ma għandu l-ebda seta’ jagħmel donazzjonijiet ta din ix-xorta. Huwa miżmum milli jagħmel dan minn liġi li ippreżenta l-Gvern immexxi minnu stess fil-Parlament u li daħlet fis-seħħ fl-1 ta Jannar 2016 wara li ġiet approvata. Hemm min qed jargumenta li fil-passat sar l-istess. Probabbilment li dan huwa veru. Imma issa għandna liġi eżattament biex dan ma jerġax isir. Liġi li l-Gvern (ġustament) jiftaħar biha, ħalli mbagħad ikun hu stess li ma josservahiex!

Mhiex ħaġa sabiħa li l-partit u l-Gvern ikunu ħaġa waħda. Meta dan iseħħ, l-anqas ma hu sinjal tajjeb. Ikun ifisser li wasalna fsitwazzjoni li fiha dak li hu tal-pajjiż ikun ikkapparrat mill-ftit. Hekk jibdew il-problemi l-kbar. Jibdew minn affarijiet żgħar li dwarhom jgħidulek biex ma tfettaqx imma imbagħad jinfirxu għal affarijiet ikbar.

Imma jekk ma tkunx tajt kaz fl-affarijiet iżżgħar imbagħad ikun tard wisq.

II-partit fil-Gvern jifforma l-Gvern imma hu separat u distint minnu fkull ħin.

Għalhekk għandha taġixxi malajr il-Kummissjoni Elettorali għax is-separazzjoni bejn il-partit u l-istat hu prinċipju sagrosant meta demokrazija parlamentari tkun bsaħħitha.

ippubblikat fuq Illum: Il-Ħadd 26 ta’ Frar 2017

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s