Inti tibża’?

afraid-man

Simon qalilna li kull min kien il-Belt il-bieraħ kien qiegħed jiddikjara li ma jibżax. Ma jibżax minn Joseph, jiġifieri.

Issa jiena ma kontx naf li Joseph ibeżża’ n-nies.

Imma jiena nibża’.

Nibża’ ħafna Ii pajjiżna maħkum mill-ħmieġ. Ħmieġ li qiegħed dejjem jiżdied. Min hu responsabbli għal dan il-ħmieġ huwa dejjem iktar soffistikat minn ta’ qablu tant li dak li nafu bih u li ġara fis-snin passati jidher li qiesu sar mid-delettanti meta kumparat ma dak li qed iseħħ illum.

Huwa ħmieġ li m’għandux kulur, għax imur lil hinn mil-lealtajiet politiċi.

Jiena nibża’ minn Parlament magħmul minn żewġ partiti biss, kif kellna għal dawn l-aħħar 51 sena. Nibża’ għax f’Parlament bħal dan, l-esperjenza uriet li ma hemm l-ebda kontroll fuq il-Gvern tal-ġurnata, għax il-membri parlamentari tan-naħa tal-Gvern, kważi dejjem kienu kompatti biex jiddefendu l-eżerċizzju tal-poter. Il-membri parlamentari tan-naħa tal-Gvern rari ħafna fittxew li jagħmlu id-differenza billi jikkoreġu lill-Gvern għall-iżbalji tiegħu.

Is-sistema li żviluppat b’żewġ partiti fil-parlament hi l-kawża tal-gwaj li ninsabu fih illum.

Huwa neċessarju li l-Parlament ikun kapaċi jikkoreġi lill-Gvern u meta jkun hemm bżonn anke jiċċensurah mingħajr il-ħtieġa li jinbidel il-Gvern. Imma jiġbidlu widnejn waħda sew.

Huwa neċessarju li l-Prim Ministru (tal-lum, tal-bieraħ kif ukoll ta’ għada) u l-klikka ta’ madwaru ma jibqax omnipotenti imma li jkun verament soġġett għar-rieda ta’ Parlament. Parlament li jkun kapaċi li jiċċaqlaq.

Dan jista’ jsir biss jekk ikollna Parlament li jkun fih iktar minn żewġ partiti. Parlament jiġifieri, li jkun immexxi minn koalizzjoni.  Dan huwa l-unika mod kif dan il-pajjiż jista’ joħroġ mill-gwaj li jinsab fih.

Għandna nibżgħu minn parlament magħmul minn żewġ partiti biss.

Disa’ snin ilu jiena irriżenjajt minn membru tal-Partit Nazzjonalista. Fl-ittra ta’ riżenja tiegħi kont għidt hekk : “……. l-Parlament Malti għal snin twal, kontinwament mill-1964 lil hawn, kien dejjem ikkontrollat minn partit politiku wieħed li għax gawda maġġoranza assoluta dejjem irrombla minn fuq kulħadd. Kif kostitwit matul dawn is-snin kollha l-Parlament Malti wera li m’huwiex kapaċi jassigura l-kontabilita’ vera tal-Gvern tal-ġurnata.”

Din l-ittra inkitbet nhar is-16 ta’ Jannar 2008 u dak li għidt dakinnhar għadu validu sal-lum.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s