Toni Bezzina : il-pjanti tal-Villa ODZ

 

Hawn fuq qed taraw waħda mill-pjanti tal-Villa li Toni Bezzina ippropona li jibni ODZ. Kif qed taraw, hemm propost garage fil-basement u fuqu villa ta’ sular wieħed, bi tlett ikmamar tas-sodda. Isfel tidher pjanta tal-art kollha, kemm kif inhi issa kif ukoll kif giet proposta li tinbena.

Fl-istess ħin, Toni Bezzina, flimkien ma oħrajn kellu sehem fit-tfassil tar-rapport tal-PN dwar l-ambjent, rapport intitolat A Better Quality of Life for You. fejn jgħidulna li l-Parlament biss, u f’kas rari ta’ interess nazzjonali, jista’ japprova permess għal bini f’ODZ.

Kemm taħarqu qalbu għall-ODZ il-PN! Jgħidu ħaġa u jagħmlu oħra! Imbagħad jieħdu għalihom meta ngħidulhom li : Il-PN jipprova jgħatti x-xemx bl-għarbiel meta jitkellem dwar l-ambjent!  Tgħid dwar l-ambjent biss il-PN qed jipprova jgħatti x-xemx bl-għarbiel? 

toni-bezzina-blockplan