Il-mannara ta’ Cardona kontra l-pinna ta’ Daphne

Il-partit ta' Chris Cardona

L-istorja fuq il-blogg ta Daphne Caruana Galizia dwar l-allegata żjara tal-Ministru Chris Cardona u l-konsulent tiegħu fburdell fil-Ġermanja ħadet żvolta ġdida.

Caruana Galizia tat informazzjoni dettaljata li tindika li qegħda fkuntatt ma persuna jew persuni li raw dak li kitbet dwaru. Cardona u l-konsulent tiegħu jiċħdu u qed jgħidu li għandhom provi li fil-ħin li intqal li kienu fil-burdell kienu ximkien ieħor.

Il-provi tażżewġ naħat sissa mhumiex magħrufa. Dettalji importanti li kull naħa qed tħalli għal iktar tard.

Issa imma jidher li qed tiżviluppa gwerra totali. Cardona u l-konsulent tiegħu ippreżentaw numru talibelli kontra Daphne Caruana Galizia dwar dak li kitbet u talbu li sakemm jinqatgħu l-kawżi, id-danni li jistgħu jirbħu jekk jingħataw raġun għandhom ikunu iffriżati mill-kontijiet bankarji ta Caruana Galizia. Il-Qorti laqgħet it-talba bil-konsegwenza li ftit inqas minn 50,000 fil-kontijiet bankarji ta Caruana Galizia ġew iffriżati: jiġifieri dawn huma flejjes ta Caruana Galizia li l-Qorti ordnat li jridu jibqgħu fil-bank u ma jintmessux sakemm il-Qorti stess tordna mod ieħor.  

Ma naħsibx li qatt ġara każ bħal dan li fkawża talibell li għada fil-bidu jittieħdu dawn il-passi.

L-istorja miktuba minn Caruana Galizia hi qawwija blingwaġġ ċar. Bla dubju ħalliet effett kbir fuq l-opinjoni pubblika, iktar u iktar meta ġiet mirfuda mill-filmati u kummenti tar-rappurtaġġ ta Mario Frendo għal NetNews. Jekk Caruana Galizia hi fposizzjoni li ġġib il-provi li diġa indikat li għandha diffiċli li nifhem kif tista titlef kull libell li ġie ippreżentat.

Huwa ċar li Cardona (u l-konsulent tiegħu) qed jipprova jagħti messaġġ ta saħħa billi jassoġġetta lil Caruana Galizia għal inkonvenjent sostanzjali bl-iffriżar tal-kontijiet bankarji tagħha. Filwaqt li legalment għandu dan id-dritt wisq naħseb li esaġera fir-reazzjoni tiegħu u probabbilment li fl-opinjoni pubblika dan ser jiswielu ta ħsara mhux żgħira. Għax għażel li jiġġieled kontra l-pinna bil-mannara.

Il-messaġġi miżżewġ naħat huma ċari daqs il-kristall.

Caruana Galizia ma tibza minn ħadd. Ħalfet li ma jmejjilha ħadd u tagħmel sewwa li fejn hi konvinta tibqa għaddejja. Għandi kull rispett lejn din l-attitudni anke jekk mhux neċessarjament li naqbel ma kull ma tgħid jew kif fil-fatt jgħidu.

Cardona min-naħa l-oħra qiegħed fmorsa. Għax jekk dak li inkiteb ikun issostanzjat jista jżarma. Caruana Galizia kitbet diversi affarijiet dwaru inkluż id-drama li kienet żviluppat xi xhur ilu fl-Stable, stabbilment tax-xorb li jiffrekwenta Cardona.

Hi ġlieda bejn il-pinna qawwija u l-mannara tal-arroganza. Hi rifless tal-qagħda gravi li fiha qiegħed il-pajjiż.

Advertisements

2 comments on “Il-mannara ta’ Cardona kontra l-pinna ta’ Daphne

  1. Il-problema li l-kaz ghad idum is-snin biex jinqata…. u jkun lahaq tilef ir-rilevanza tieghu. Minhabba li kazi bhal dawn huma ta importanza ghall opinjoni pubblika (u ta min ikollu l-assi sekwestrati) ghandhom jinstemaw b urgenza.

  2. Ma ghandix dubju li fil-granet li gejjin Daphne Caruana Galizia tibda proceduri legali sabiex jigu revokati il-mandati u sabiex tigi annullata il-ligi li ippermettiethom inkwantu tmur kontra id-dritijiet fundamentali. Ma ghandix dubju ukoll li il-Qrati Maltin jilqghu it-talba ta’ Daphne Caruana Galizia anke jekk il-kawza tinstema quddiem l-Imhallef Toni Abela jew l-Imhallef Wenzu Mintoff.

    Possibbli li il-Prim Ministru ihalli dan l-abbuz ghaddej mill-Minsitru tieghu minghajr ma jinduna li qed jaghti spinta lil-process li permezz tieghu il-Partit Laburista se jitlef l-elezzjoni u jispicca jaghmel xi kwart ta’ seklu fl-opposizzjoni?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s