L-iscoop li tilef Salvu Balzan

 

Mela skond il-blogger Daphne Caruana Galizia xi ħadd fil-burdell FKK Acapulco fVelbert il-Ġermanja, li kien jifhem bil-Malti, qed jgħid li sema raġel jesklama (bil-Malti) dwar id-daqs tal-warrani ta waħda mill-prostituti.

Dan qed jingħad li kellu  wiċċ Che Guevara, tattoo mal-ġewnaħ ta spallejh. Mhux bħal Diego Armando Maradona li għandu t-tattoo ta Che Guevara fil-parti ta fuq ta driegħu.

Issa jiena ma nafx jekk l-Onorevoli Ministru Chris Cardona għandux it-tattoo ta Che Guevara mal-ġewnaħ ta spallejh. Ovvjament li jekk mgħandux dan it-tattoo ifisser li min qal li rah fil-burdell kien żbaljat!

Ikun ħafna konvinċenti iktar minn libel kieku Chris Cardona jurina l-ġewnaħ ta spallejh, għax jekk mgħandux l-ixbieha ta Che Guevara, kull min hu konvint li Cardona kien fil-burdell ikollu jibla kliemu.

Il-libelli li qal li ser jagħmel Cardona jistgħu jdumu is-snin. Imma spallejh jista jurihom għada fil-għodu billi jsejjaħ konferenza stampa u jinża l-qmis!

Imma jekk Cardona għandu dan it-tattoo, imbagħad iqumu iktar dubji dwar dak kollu li qed jgħid.

Ħasra li Salvu Balzan ma ġietux l-idea li jitlob lil Chris Cardona jinża l-qmis waqt Xtra ta nhar il-Ħamis fuq TVM. Kieku kien ikollu scoop tal-ostra!

Xtra ma jħares lejn wiċċ ħadd, imma lejn l-ispallejn naħseb li jista jħares ftit!

5 comments on “L-iscoop li tilef Salvu Balzan

  1. Hallo Carmel. Nahseb li kieku Chris Cardona kellu jinza IL-qmis malajr jghidu li qieghed jaghmel lis-stiptease quddiem IL-cameras.

  2. Ma naqbilx mieghek Carmel…li il-ministru ghandu dik it-tattoo ma jfisser xejn ghax jekk xi hadd rah il bahar jew x’imkien fejn tista toqghod bla flokk fis-sajf allura ovvja li se jkunu jafu. Jekk hemm provi johorguhom imma it-tattoo mhux wahda minnhom zgur!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s