L-isticker il-blu tathom f’għajnhom

luciano-busuttil-sticker-blu

Għamel tajjeb il-Partit Nazzjonalista li tkellem dwar l-abbuż ta Luciano Busuttil dwar l-isticker il-blu biex ikollu parking ipprivileġġjat.

Peró mhux ipokrezija li l-isticker il-blu tathom fgħajnhom u l-iskandlu tażżejt ma xammewx? Kellhom jieħdu passi għax tkellem dwaru ħaddieħor. Mhux xi qaddisin kien dawk li tkellmu imma dawk li kienu nqarsu!

Il-Partit Nazzjonalista fl-Opposizzjoni jipprietka l-onestá, imma fil-Gvern wara ftit jitlef il-vista u ħafna affarijiet ma jarahomx!