Titħassru lil Jason, l-Onorevoli, li qed jħossu intimidat minn ġurnalisti li qed jiġru warajh għal spjegazzjonijiet dwar dak li ġara fid-Dipartimenti li għalihom kien responsabbli bħala Ministru matul l-2012 u l-2013. Bi tlett rapporti tal-Awditur Ġenerali li jikkritikaw l-operat ta’ dak li kien il-Ministeru tiegħu, Jason l-Onorevoli għad għandu ħafna xi jwieġeb. S’issa ħarab milli jwieġeb.
Jeħtieġ li jwieġeb dwar in-nuqqas ta’ tmexxija tajba da parti tiegħu (good governance), li dwarha, l-Onorevoli jipprietka ħafna, imma mill-bqija, kif ngħidu, brodu.
Għall-Kap tal-Opposizzjoni din ukoll hi siegħa tal-prova. Għax kif jippretendi li jitwemmen li jrid imexxi Gvern serju, jekk l-anqas mill-Opposizzjoni ma hu kapaċi jassigura li l-Membri Parlamentari tal-partit tiegħu jagħtu kont ta’ egħmilhom?
Iddur fejn iddur – fejn konna bqajna.
Ma nasibx sur Attard. Jekk qabel konna qed ngherqu issa wasalna fil-qieh b’mazzra ma ghonqna.
Jiena nahseb li ddur fejn iddur hekk se nibqghu imma llum il-gurnata missejna livelli abissali ta’ ipokrezija u hmieg.