Koalizzjoni: mhux kontra Muscat imma favur il-governanza tajba

 

Muscat + Busuttil

 

Simon Busuttil qalilna li l-PN jrid imexxi koalizzjoni kontra l-korruzzjoni. Bil-passat riċenti tiegħu il-PN mhux postu fdin ix-xorta ta koalizzjoni. Koalizzjoni kontra l-korruzzjoni mhiex kredibbli bil-PN jifforma parti minnha.

Bħala riżultat tat-telfa madornali tal-2013, il-PN jippretendi li l-passat tiegħu hu maħfur. Hawn sejjer żbaljat għax għad baqa ħafna xjaqta bi snienu sakemm jikseb lura l-kredibilitá.

Għad hemm ħtieġa ta ħafna spjegazzjonijiet dwar każi li l-fatti dwarhom sissa huma mċajpra: dwar l-iskandlu tażżejt, dwar l-artijiet tal-Gvern, dwar is-self mill-Bank of Vassallo u tant affarijiet oħra. Avolja, oħroġ il-għaġeb, donnu ħadd ma jaf xejn.

Il-fatt li feġġew skandli simili kif ukoll skandli agħar (bħal tal-Panama) li għalihom hu responsabbli l-Gvern ta Joseph Muscat, u probabbilment Joseph Muscat innifsu, ma jfissirx li issa l-PN jista jqis ruħu mnaddaf u lest għat-tmexxija tal-pajjiż. Il-passat imċajpar tal-PN hu viċin wisq biex ninsewħ. L-iskandli tal-lum u l-iskandli tal-bieraħ, flimkien, ifissru li ma hemmx xtagħżel bejn il-PN u l-PL. It-tnejn li huma responsabbli għal tmexxija ħażina.

Jiena kontra l-korruzzjoni, imma ma nħossnix komdu fkoalizzjoni li fiha jkun hemm il-PN, għax fis-siegħa tal-prova l-PN baqa ċass quddiem il-ħmieġ. Faċli titkellem mill-Opposizzjoni. Imma jekk dwar dak li jiġri meta tkun fil-Gvern twaħħal fta taħtek u fta madwarek ħadd ma jista jemmnek.

Jiena kontra l-korruzzjoni imma l-koalizzjoni li rrid nara mhiex waħda kontra Joseph Muscat, imma favur il-governanza tajba. U dwar din mhemmx post għall-PN. Għad baqagħlu ħafna xjitgħallem.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s