Deheb, inċens u birra

beer

Is-sinifikat tal-Milied inbidel drastikament tul is-snin. Minn festa reliġjuża assoċjata mal-paċi u s-solidarjetá, illum il-ġurnata, donnu li iktar assumiet tifsira ta xalar, divertiment u rigali. Mhux għal kulħadd.

Anke jekk il-paċi u s-solidarjetá mhumiex xi monopolju reliġjuż. Hemm mumenti fejn is-sinifikat tas-solidarjetá jidwi, imma sfortunatament jgħaddu l-festi u ftit jew wisq jintesa. Sa sena oħra.

Flok id-deheb, l-inċens u l-mirra li jingħad illi ġarrew is-slaten magi illum issir l-adorazzjoni tad-deheb, l-inċens u l-birra. Id-deheb simbolu tal-korruzzjoni, l-inċens simbolu tal-adorazzjoni tal-poter u l-birra li tissimbolizza x-xalar eċċessiv.

Is-solidarjetá żmiena s-sena kollha, mhux biss fil-ġranet tal-Milied.

Il-Milied it-tajjeb lil kulħadd.

 

 

 

 

One comment on “Deheb, inċens u birra

  1. Veru.
    Is-solidarjeta ta daz-zmien hija wkoll “solidarjeta selettiva”
    Solidarjeta mat-tfal morda…..imma l-ebda solidarjeta mat-tfal feruti bil-bombi f’Aleppo
    Solidarjeta ghall Puttinu, imma indifferenza lejn il-hnizrijiet ta Putin.
    Solidarjeta ghad-dar tal-providenza, imma l-ebda providenza ma rriduha tasal fid-direzzjoni ta dawk li jaharbu mill qilla tal-gwerra.
    Solidarjeta mal-familji emarginati…..imma nixorbu, inkornu, u nkompli nfarrku l-familji u nwassluhom lejn l-emarginazzjoni.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s